Ċentru Nazzjonali ta' Appoġġ għall-Integrazzjoni (NISC)

Merħba fiċ-Ċentru Nazzjonali ta’ Appoġġ għall-Integrazzjoni

Iċ-Ċentru Nazzjonali ta’ Appoġġ għall-Integrazzjoni (NISC) huwa servizz integrat ta’ “one-stop shop” maħsub biex jappoġġja l-inklużjoni ta’ persuni li ghadhom kemm mxew f’Malta billi jiġbor flimkien informazzjoni relatata mal-integrazzjoni, gwida, servizzi ta’ appoġġ u referenzi, taħt saqaf wieħed. In-NISC huwa riżultat ewlieni tal-Istrateġija u l-Pjan ta’ Azzjoni għall-Integrazzjoni ta’ Malta 2025–2030 u għandu l-għan li jiffaċilita l-aċċess għal servizzi essenzjali u jipprovdi appoġġ prattiku lil ċittadini mhux Maltin li jgħixu f’Malta. Din hija inizjattiva taħt il-proġett “Supporting Pre-Integration Governance (SPRING)”, kofinanzjat mill-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni (AMIF). Is-servizz pilota tan-NISC se jitnieda f’Lulju 2026, b’aktar servizzi jiġu offruti gradwalment. Utenti eliġibbli li jeħtieġu informazzjoni, gwida, appoġġ biex jaċċessaw servizzi relatati mal-integrazzjoni, jew assistenza biex jifhmu proċeduri, jistgħu jikkuntattjaw lit-tim tan-NISC għall-għajnuna.

Kriterji ta’ Eliġibbiltà

L-utenti tas-servizz għandhom:

  • Ikollhom 18-il sena jew aktar; u
  • Ikollhom dokument validu maħruġ mill-awtoritajiet Maltin, jiġifieri:
    • Permess ta’ Residenza; jew
    • Dokument ta’ Applikant għall-Ażil; jew
    • Dokument tal-Uffiċċju Ċentrali tal-Immigrazzjoni (CIO). 

Kif Nistgħu Nappoġġjawk?

In-NISC joffri:Servizzi ta’ informazzjoni u orjentazzjoni

  • Gwida u appoġġ individwali
  • Referenzi għal servizzi u aġenziji rilevanti
  • Appoġġ biex taċċessa servizzi pubbliċi
  • Assistenza bi proċeduri relatati mal-integrazzjoni u l-involviment soċjali
  • Gwida personalizzata skont il-bżonnijiet individwali

Oqsma ta’ Appoġġ 

In-NISC jipprovdi informazzjoni, gwida, appoġġ u referenzi għal servizzi ġenerali relatati ma’:

  • Dokumentazzjoni u kwistjonijiet relatati mar-residenza
  • Impjiegi u servizzi ta’ tfittxija ta’ xogħol
  • Servizzi tas-saħħa
  • Opportunitajiet ta’ edukazzjoni u taħriġ
  • Sigurtà soċjali u benefiċċji soċjali
  • Informazzjoni u gwida legali
  • Servizzi ta’ appoġġ għall-vittmi
  • Informazzjoni relatata mal-akkomodazzjoni
  • Servizzi ta’ integrazzjoni u parteċipazzjoni fil-komunità
  • Servizzi oħra relatati mal-integrazzjoni

Aċċess għas-Servizz

L-appoġġ jista’ jiġi aċċessat permezz ta’ diversi kanali:

Is-servizzi jistgħu jiġu pprovduti direttament mill-istaff tan-NISC permezz ta’ appuntamenti, jew permezz ta’ referenzi għal entitajiet speċjalizzati, skont il-ħtiġijiet individwali.

Ħinijiet ta’ Kuntatt tan-NISC

Jum Ħinijiet Lokalità
It-Tnejn
09:00 – 14:00
HRD, Paola
It-Tlieta
09:00 – 18:00
HRD, Paola
L-Erbgħa
09:00 – 14:00
HRD, Paola
Il-Ħamis
09:00 – 14:00
HRD, Paola
Il-Ġimgħa
09:00 – 14:00
HRD, Paola
Is-Sibt
08:00 – 12:00
Servizz.gov hub – San Pawl il-Baħar

Direttorat għad-Drittijiet tal-Bniedem (HRD)

Indirizz

A3 Towers, Level 0
Triq l-Arkata
Paola

Servizz.gov Hub – San Pawl il-Baħar

Indirizz

535, Triq San Pawl
San Pawl il-Baħar