Mill-15 ta’ Ġunju 2026, il-Programm ‘I Belong’ se jiffoka esklużivament fuq l-għoti tal-Kors tal-I Belong ta’ Orjentazzjoni Kulturali ta’ 100 siegħa. L-applikanti kollha li l-applikazzjoni tagħhom waslet qabel il-15 ta’ Ġunju 2026 se jingħataw l-opportunità li jipparteċipaw fil-Kors tal-I Belong ta’ Orjentazzjoni Kulturali– Stadju 1 u fil-korsijiet tal- I Belong tal-Lingwa Maltija u tal-Orjentazzjoni Kulturali– Stadju 2 ta’ 100 siegħa.
Il-korsijiet tal-Programm I Belong elenkati hawn taħt twaqqfu. L-applikanti interessati huma mħeġġa jsegwu l-perkorsi alternattivi indikati hawn taħt:
Korsijiet Bażiċi: Il-parteċipanti prospettivi huma mħeġġa japplikaw direttament għal korsijiet bażiċi offruti mid-Direttorat għat-Tagħlim Tul il-Ħajja u l-Impjegabbiltà, minn Jobsplus jew minn istituzzjonijiet edukattivi oħra.
Orjentazzjoni Kulturali I Belong – Stadju 1: Il-parteċipanti interessati huma mħeġġa jirreġistraw għall-‘New Course on Maltese Language and Culture’ , żviluppat taħt il-Malta Labour Migration Policy. . Il-lista aġġornata tal-istituzzjonijiet li joffru dan il-kors tista’ tiġi aċċessata hawn. Dan il-kors jibqa’ rekwiżit għall-parteċipazzjoni fil-Kors tal-I Belong ta’ Orjentazzjoni Kulturali ta’ 100 siegħa.
I Belong Lingwa Maltija– Livell 1 tal-MQF: Il-parteċipanti interessati huma mħeġġa japplikaw direttament għall-kors preferut tagħhom tal-Malti bħala Lingwa Barranija fil-Livell 1 tal-MQF, offrut mid-Direttorat għar-Riċerka, Tagħlim Tul il-Ħajja, u Impjegabbiltà jew minn istituzzjonijiet edukattivi liċenzjati oħra. Għal iktar informazzjoni dwar korsijiet akkreditati u l-istituzzjonijiet li joffru dawn il-korsijiet tista’ tiġi aċċessata mid-database tal-MFHEA hawn.
I Belong Lingwa Ingliża– Livell 1 tal-MQF: Il-parteċipanti interessati huma mħeġġa japplikaw direttament għall-kors preferut tagħhom tal-Ingliż bħala Lingwa Barranija fil-Livell 1 tal-MQF, offrut mid-Direttorat għar-Riċerka, Tagħlim Tul il-Ħajja, u Impjegabbiltà, minn Jobsplus jew minn istituzzjonijiet edukattivi liċenzjati oħra. Għal iktar informazzjoni dwar korsijiet akkreditati u l-istituzzjonijiet li joffru dawn il-korsijiet tista’ tiġi aċċessata mid-database tal-MFHEA hawn.
I Belong Lingwa Maltija– Livell 2 tal-MQF: Il-parteċipanti prospettivi huma mħeġġa japplikaw direttament għall-kors preferut tagħhom tal-Malti bħala Lingwa Barranija fil-Livell 2 tal-MQF, offrut mid-Direttorat għar-Riċerka, Tagħlim Tul il-Ħajja, u Impjegabbiltà jew minn istituzzjonijiet edukattivi liċenzjati oħra. Għal iktar informazzjoni dwar korsijiet akkreditati u l-istituzzjonijiet li joffru dawn il-korsijiet tista’ tiġi aċċessata mid-database tal-MFHEA hawn.
Jistgħu jitħabbru aktar bidliet aktar tard.
Il-Programm I Belong – Stadju 2
Kriterji ta’ Eliġibbiltà
L-applikanti interessati għandhom ikunu fil-pussess ta’:
Permess ta’ Residenza validu, Dokument ta’ Persuna li Qed Tfittex l-Ażil jew Dokument CIO. Id-dokumenti għandhom ikunu maħruġa mill-awtoritajiet Maltin.
Is-sottomissjoni ta’ din il-formola ma tiggarantix l-eliġibbiltà, l-aċċettazzjoni, ir-reġistrazzjoni jew l-aċċess għal xi kors, u ma tagħti l-ebda dritt għall-parteċipazzjoni fil-Programm “I Belong” attwali. L-eliġibbiltà, l-aċċess, l-għoti tal-korsijiet, il-modalitajiet u l-ispejjeż tal-programm huma soġġetti għal-leġiżlazzjoni applikabbli, għad-disponibbiltà tal-postijiet fil-korsijiet u għall-arranġamenti tal-programm fis-seħħ fiż-żmien meta jingħata l-kors. Kwalunkwe kundizzjoni applikabbli għall-parteċipazzjoni tiġi kkomunikata qabel ma tiġi kkonfermata r-reġistrazzjoni.
It-tlestija b’suċċess tal-Kors tal-I Belong ta’ Orjentazzjoni Kulturali ta’ 100 siegħa titqies bħala wieħed mir-rekwiżiti għall-kisba tal-Istatus ta’ Resident għal Żmien Twil f’Malta.
Għal aktar assistenza mit-taqsima tal-Integrazzjoni u ta’ Kontra r-Razziżmu, tista’ tikkuntattjana hawn.
Dan il-proġett huwa kofinanzjat mill-Unjoni Ewropea permezz tal-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni 2021–2027.