Ċentru Nazzjonali ta' Appoġġ għall-Integrazzjoni (NISC)
Merħba fiċ-Ċentru Nazzjonali ta’ Appoġġ għall-Integrazzjoni
Iċ-Ċentru Nazzjonali ta’ Appoġġ għall-Integrazzjoni (NISC) huwa servizz integrat ta’ “one-stop shop” maħsub biex jappoġġja l-inklużjoni ta’ persuni li ghadhom kemm mxew f’Malta billi jiġbor flimkien informazzjoni relatata mal-integrazzjoni, gwida, servizzi ta’ appoġġ u referenzi, taħt saqaf wieħed. In-NISC huwa riżultat ewlieni tal-Istrateġija u l-Pjan ta’ Azzjoni għall-Integrazzjoni ta’ Malta 2025–2030 u għandu l-għan li jiffaċilita l-aċċess għal servizzi essenzjali u jipprovdi appoġġ prattiku lil ċittadini mhux Maltin li jgħixu f’Malta. Din hija inizjattiva taħt il-proġett “Supporting Pre-Integration Governance (SPRING)”, kofinanzjat mill-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni (AMIF). Is-servizz pilota tan-NISC se jitnieda f’Lulju 2026, b’aktar servizzi jiġu offruti gradwalment. Utenti eliġibbli li jeħtieġu informazzjoni, gwida, appoġġ biex jaċċessaw servizzi relatati mal-integrazzjoni, jew assistenza biex jifhmu proċeduri, jistgħu jikkuntattjaw lit-tim tan-NISC għall-għajnuna.
Is-servizzi jistgħu jiġu pprovduti direttament mill-istaff tan-NISC permezz ta’ appuntamenti, jew permezz ta’ referenzi għal entitajiet speċjalizzati, skont il-ħtiġijiet individwali.