It-Tieni Pjan Nazzjonali ta’ Azzjoni Kontra r-Razziżmu
Il-Pjan Nazzjonali ta’ Azzjoni Kontra r-Razziżmu (NAPAR) 2025–2030 huwa l-qafas ta’ politika komprensiva f’Malta biex niġġieledu r-razziżmu u nippromwovu soċjetà inklussiva, diversa u ġusta li tħaddan żvilupp sostenibbli strateġiċi, fejn m’hemmx post għar-razziżmu, ksenofobija u intolleranza. Imsejsa fuq l-ambizzjoni ta’ Malta Vision 2050, in-NAPAR jirrikonoxxi li progress veru fis-soċjetà jeħtieġ mhux biss tnaqqis fl-inugwaljanza bbażata fuq ir-razza, iżda wkoll li jinħoloq sens ta’ appartenenza u opportunità għal min jirrisjedi fil-gżejjer Maltin.
It-tieni NAPAR huwa r-riżultat ta’ konsultazzjoni estensiva mal-ministeri, entitajiet pubbliċi, li tinvolvi s-soċjetà ċivili, u għaqdiet internazzjonali. In-NAPAR adotta approċċ ta’ governanza u soċjetà kollha, u jagħti prijorità lir-riċerka u l-monitoraġġ waqt li jenfasizza l-intersezzjonalità u l-esperjenzi tal-komunitajiet razzjalizzati.
Highlights
Il-pjan jiddeskrivi għaxar azzjonijiet strateġiċi, inklużi riformi leġiżlattivi, ħidma fuq il-prevenzjoni ta’ diskors u reati ta’ mibegħda, taħriġ, rappreżentanza, indirizzar ta’ razziżmu strutturali u intersezzjonali, riċerka, u monitoraġġ robust.
L-għan tan-NAPAR hu li jsaħħaħ il-gruppi emarġinati, jiżgura rappreżentanza ġusta, u joħloq soċjetà inklussiva u reżiljenti fejn ir-razziżmu, il-ksenofobija u l-intolleranza ma jkollhomx post.
In-NAPAR qiegħed jibni fuq esperjenza u miżuri preċedenti mill-ewwel Strategija Kontra r-Razziżmu, inkluż ix-xogħol tal-Kumitat Interministerjali u l-Pjattaforma ta’ Kontra r-Razziżmu.
In-NAPAR jinkludi azzjonijiet immirati lejn gruppi vulnerabbli speċifiċi inklużi miżuri biex jiġi indirizzat il-mibegħda kontra l-Musulmani, l-antisemitismu, r-razziżmu kontra persuni ta’ dixxendenza Afrikana, l-antigypsyism, u d-diskriminazzjoni intersezzjonali li taffettwa persuni LGBTIQ+, nisa, żgħażagħ, u persuni b’diżabilità.
In-NAPAR jagħti prijorità lir-riċerka kontinwa, reviżjonijiet regolari, u rapportar annwali biex jiġi żgurat progress. Id-Direttorat tad-Drittijiet tal-Bniedem se jikkoordina l-implimentazzjoni, flimkien ma’ gruppi tekniċi ta’ ħidma u s-soċjetà ċivili, biex jiġi żgurat trasparenza u titjib kontinwu.