KUMITAT INTERMINISTERJALI KONTRA T-TRAFFIKAR TAL-BNEDMIN (IMC)
Fl-2022 ġie stabbilit Kumitat Interministerjali Kontra t-Traffikar tal-Bnedmin (IMC) b’punti fokali minn kull Ministeru sabiex jidentifika u jimplimenta azzjonijiet kontra t-traffikar u jaħdem fuq sfidi kondiviżi. L-IMC jesplora modi li bihom il-ministeri jistgħu jtejbu l-koordinazzjoni tagħhom fil-qasam tat-traffikar tal-bnedmin, u jservi bħala għodda essenzjali għall-isforzi ta’ Malta biex tissodisfa l-obbligi tagħha ta’ koordinazzjoni, rapportar u monitoraġġ skont l-oqfsa Ewropej u internazzjonali.
Il-proċess ta’ validazzjoni tal-abbozz tal-Istrateġija nazzjonali dwar it-THB u d-dokument NAP 2024-2030 ġie kkoordinat permezz tal-IMC biex tiġi żgurata l-approvazzjoni tiegħu mill-Ministeri, id-dipartimenti, l-awtoritajiet u l-entitajiet kollha.