Il-Kunsill Konsultattiv għad-Drittijiet tan-Nisa (CCWR) ġie stabbilit f’Novembru 2017 u beda x-xogħol tiegħu f’Jannar 2018, bl-għan li jirrappreżenta d-drittijiet tan-nisa u jservi bħala pjattaforma għall-iżvilupp tal-politika u proposti leġiżlattivi. L-iskop tal-Kunsill huwa li jagħti pariri lill-Gvern dwar kwistjonijiet li jaffettwaw lin-nisa f’Malta u jippreżenta proposti ta’ politika, fil-kuntest ta’ djalogu kontinwu mal-Ministru. Il-membri tal-Kunsill huma maħtura minn fost persuni attivi f’organizzazzjonijiet li jaħdmu fil-qasam tad-drittijiet tan-nisa. Is-Sa Charmaine Mangion hija ċ-Chairperson attwali tal-Kunsill Konsultattiv għad-Drittijiet tan-Nisa.