AVVENIMENTI

Avvenimenti Passati

Laqgħa tal-Pjattaforma Kontra r-Razziżmu – 13 ta’ Marzu 2023

Fit-13 ta’ Marzu 2023, saret laqgħa tal-Pjattaforma Kontra r-Razziżmu fil-Valletta Design Cluster, faċilitata minn Kopin u bil-preżenza ta’ rappreżentanti mid-Direttorat għad-Drittijiet tal-Bniedem (HRD). Il-laqgħa fetħet b’introduzzjoni tal-parteċipanti u preżentazzjoni tal-ħidma li qed issir fuq il-miżuri differenti tal-Istrateġija Kontra r-Razziżmu. Dan kien segwit minn diskussjoni u feedback produttiv bejn il-membri dwar punti speċifiċi, kif ukoll skambju ta’ suġġerimenti dwar kif għandha tinbena l-inklużjoni fl-attivitajiet futuri. Ġiet ukoll imħabbra sejħa għal membri li kienu interessati li jinvolvu ruħhom aktar fil-proċess u jkunu parti mill-Kumitat tal-ARP.

Konferenza tat-Tnedija tal-END-RACISM-MT – 26 ta’ April 2023

Il-Konferenza tat-Tnedija tal-proġett ‘Lejn l-implimentazzjoni ta’ Strateġija Kontra r-Razziżmu għal Malta’ (END-RACISM-MT) saret fis-26 ta’ April 2023. L-imsieħba tal-proġett u l-istakeholders iltaqgħu biex jiddiskutu l-implimentazzjoni tal-Istrateġija Kontra r-Razziżmu u vvalutaw fejn ninsabu f’dan il-qasam tal-ugwaljanza u t-triq ’il quddiem. Matul il-konferenza, kien hemm numru kbir ta’ parteċipanti u istituzzjonijiet preżenti, li wassal għal diskussjoni profonda bbażata fuq ir-rapporti ppreżentati mill-mexxej tal-proġett u l-koordinatur tal-proġett, kif ukoll mill-imsieħba tal-proġett NCPE u Kopin. Barra minn hekk, ingħata workshop Kontra x-Xnigħat mill-partner tal-proġett Diversit.

Workshop Kontra x-Xnigħat – 26 ta’ April 2023

L-imsieħeb fil-proġett Diversit mexxa workshops dwar l-Istrateġija Kontra x-Xnigħat li saru waqt il-Konferenza ta’ Tnedija tal-proġett nhar l-Erbgħa, 26 ta’ April, bil-parteċipazzjoni ta’ diversi stakeholders ewlenin.

Ir-riżultati tal-workshops se jikkontribwixxu għall-ewwel Strateġija Kontra x-Xnigħat f’livell nazzjonali li qed tingħata bidu minn dan il-proġett. Dan il-pass innovattiv huwa prattika tajba li nittamaw li tiġi adottata f’kuntesti oħra. L-Istrateġija Kontra x-Xnigħat, li tinsab fost il-prodotti tal-proġett, hi wieħed mir-riżultati tanġibbli tar-relazzjoni tajba u b’saħħitha li l-HRD igawdi mal-Kunsill tal-Ewropa.

Taħriġ għall-Aġenti Kontra x-Xnigħat

It-taħriġ għall-Aġenti Kontra x-Xnigħat ingħata minn Diversit fit-30 ta’ Novembru u l-1 ta’ Diċembru. Dawn l-aġenti se jkunu mgħammra biex jiġġieldu d-diskors razzist negattiv.

Konferenza ta’ Nofs it-Terminu tal-END-RACISM-MT

Il-Konferenza ta’ Nofs it-Terminu tal-proġett ‘Lejn l-implimentazzjoni ta’ Strateġija Kontra r-Razziżmu għal Malta’ (END-RACISM-MT) saret fid-29 ta’ Novembru 2023. Matul il-konferenza, ġew ippreżentati rapporti u riċerki addizzjonali mill-partners tal-proġett. Dawn ir-rapporti jistgħu jinstabu fuq il-paġna “Riżorsi u Materjali”.

Human Rights Directorate
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.