Il-Programm I Belong huwa mfassal biex iħejji liċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi u lil persuni oħra eliġibbli li mhumiex ta’ nazzjonalità Maltija għal parteċipazzjoni fit-tul f’Malta li tkun infurmata, responsabbli u sinifikanti. Il-programm jipprovdi lill-parteċipanti għarfien bażiku tal-ambjent soċjali, kulturali, storiku, ekonomiku, demokratiku, legali u ċiviku ta’ Malta, filwaqt li jsaħħaħ il-ħila prattika tagħhom li jaffaċċjaw il-ħajja ta’ kuljum, jaċċessaw is-servizzi, jifhmu d-drittijiet u r-responsabbiltajiet tagħhom u jipparteċipaw b’rispett fis-soċjetà Maltija.
2) Min jista’ japplika għall-Kors ta’ Orjentazzjoni Kulturali I Belong?
L-applikanti jrid ikollhom 18-il sena jew aktar u għandu jkollhom:
Permess ta’ Residenza, Dokument ta’ Persuna li Qiegħda Tfittex l-Ażil jew Dokument CIO validu, maħruġ mill-awtoritajiet Maltin; U
Ċertifikat tal-Orjentazzjoni Kulturali tal-Ewwel Stadju (Stage 1) ta’ I Belong; JEW
Ċertifikat tal-Kors il-Ġdid dwar il-Lingwa u l-Kultura Maltija.
Tista’ tintalab informazzjoni addizzjonali waqt l-ipproċessar ta’ applikazzjoni, fejn meħtieġ.
3) Kif nista’ nattendi l-Kors il-Ġdid dwar il-Lingwa u l-Kultura Maltija u nikseb iċ-ċertifikat?
Irreġistra u temm il-kors f’waħda mill-istituzzjonijiet li jinsabu fil-lista ta’ Jobsplus tal-istituzzjonijiet li joffru l-kors. Trid ukoll tagħmel l-eżami ċentralizzat amministrat mid-Dipartiment tal-Eżamijiet.
Ir-reġistrazzjoni għall-eżami hija disponibbli permezz tal-Portal tal-Korsijiet ta’ Integrazzjoni ta’ Identità. L-applikanti li m’għandhomx eID jistgħu jċemplu fuq 2590 4300 matul il-ħinijiet tal-uffiċċju jew jibagħtu email lil [email protected] għall-għajnuna.
Aktar informazzjoni dwar l-assessjar u kampjuni ta’ karti tal-eżami tinsab fuq is-sit web My Exams.
4) Liema korsijiet ta’ I Belong huma disponibbli bħalissa?
Mill-15 ta’ Ġunju 2026, il-Programm I Belong jiffoka fuq il-Kors ta’ Orjentazzjoni Kulturali I Belong (Stage 2).
5) Għadhom jistgħu jiġu sottomessi applikazzjonijiet ġodda għall-Orjentazzjoni Kulturali tal-Ewwel Stadju (Stage 1)?
Le. Il-Kors tal-Orjentazzjoni Kulturali tal-Ewwel Stadju (Stage 1) twaqqaf.
6) Il-korsijiet tal-lingwi ta’ I Belong għadhom disponibbli?
Le. Il-persuni jistgħu japplikaw għal korsijiet tal-lingwi direttament permezz tad-Direttorat għat-Tagħlim tul il-Ħajja u l-Impjegabbiltà, Jobsplus jew istituzzjonijiet edukattivi oħra liċenzjati. Il-lista tall-istituzzjonijiet edukattivi liċenzjati tinsab hawn.
7) Kif nista’ niċċekkja l-istatus tal-applikazzjoni tiegħi?
Biex tara aġġornamenti dwar l-applikazzjoni tiegħek tista’ tiċċekkja l-profil personalizzat tiegħek fuq il-Pjattaforma tas-Servizzi ta’ Integrazzjoni.
Aktar komunikazzjonijiet jintbagħtu wkoll fl-indirizz elettroniku li tkun ipprovdejt fl-applikazzjoni tiegħek.
8) X’inhi l-Pjattaforma tas-Servizzi ta’ Integrazzjoni?
Permezz tal-profil personalizzat tiegħek, tista’ tara informazzjoni bħal:
il-progress tal-applikazzjoni tiegħek;
l-allokazzjoni għal kors, fejn applikabbli; u
l-għażla tal-kors.
9) X’għandi nagħmel jekk ma nistax naċċessa l-profil tiegħi?
Jekk qed issib diffikultà biex tidħol jew taċċessa l-profil personalizzat tiegħek fuq il-Pjattaforma tas-Servizzi ta’ Integrazzjoni, ikkuntattja lil [email protected].
Jekk jogħġbok iddeskrivi fil-qosor il-problema u inkludi n-numru ta’ referenza tal-applikazzjoni tiegħek, jekk għandek wieħed.
10) X’inhuma r-rekwiżiti ta’ integrazzjoni għall-applikazzjonijiet għar-Residenza fit-Tul?