Mistoqsijiet Frekwenti

Il-Programm I Belong huwa mfassal biex iħejji liċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi u lil persuni oħra eliġibbli li mhumiex ta’ nazzjonalità Maltija għal parteċipazzjoni fit-tul f’Malta li tkun infurmata, responsabbli u sinifikanti. Il-programm jipprovdi lill-parteċipanti għarfien bażiku tal-ambjent soċjali, kulturali, storiku, ekonomiku, demokratiku, legali u ċiviku ta’ Malta, filwaqt li jsaħħaħ il-ħila prattika tagħhom li jaffaċċjaw il-ħajja ta’ kuljum, jaċċessaw is-servizzi, jifhmu d-drittijiet u r-responsabbiltajiet tagħhom u jipparteċipaw b’rispett fis-soċjetà Maltija. 

L-applikanti jrid ikollhom 18-il sena jew aktar u għandu jkollhom: 

  • Permess ta’ Residenza, Dokument ta’ Persuna li Qiegħda Tfittex l-Ażil jew Dokument CIO validu, maħruġ mill-awtoritajiet Maltin; U 
  • Ċertifikat tal-Orjentazzjoni Kulturali tal-Ewwel Stadju (Stage 1) ta’ I Belong; JEW 
  • Ċertifikat tal-Kors il-Ġdid dwar il-Lingwa u l-Kultura Maltija. 

Tista’ tintalab informazzjoni addizzjonali waqt l-ipproċessar ta’ applikazzjoni, fejn meħtieġ. 

Irreġistra u temm il-kors f’waħda mill-istituzzjonijiet li jinsabu fil-lista ta’ Jobsplus tal-istituzzjonijiet li joffru l-kors. Trid ukoll tagħmel l-eżami ċentralizzat amministrat mid-Dipartiment tal-Eżamijiet. 

Ir-reġistrazzjoni għall-eżami hija disponibbli permezz tal-Portal tal-Korsijiet ta’ Integrazzjoni ta’ Identità. L-applikanti li m’għandhomx eID jistgħu jċemplu fuq 2590 4300 matul il-ħinijiet tal-uffiċċju jew jibagħtu email lil [email protected] għall-għajnuna. 

Aktar informazzjoni dwar l-assessjar u kampjuni ta’ karti tal-eżami tinsab fuq is-sit web My Exams. 

Mill-15 ta’ Ġunju 2026, il-Programm I Belong jiffoka fuq il-Kors ta’ Orjentazzjoni Kulturali I Belong (Stage 2).

Le. Il-Kors tal-Orjentazzjoni Kulturali tal-Ewwel Stadju (Stage 1) twaqqaf. 

Min jixtieq jipparteċipa jista’ minflok jirreġistra għall-‘New Course on Maltese Language and Culture’, żviluppat taħt il-Malta Labour Migration Policy. 

Le. Il-persuni jistgħu japplikaw għal korsijiet tal-lingwi direttament permezz tad-Direttorat għat-Tagħlim tul il-Ħajja u l-Impjegabbiltà, Jobsplus jew istituzzjonijiet edukattivi oħra liċenzjati. Il-lista tall-istituzzjonijiet edukattivi liċenzjati tinsab hawn. 

Biex tara aġġornamenti dwar l-applikazzjoni tiegħek tista’ tiċċekkja l-profil personalizzat tiegħek fuq il-Pjattaforma tas-Servizzi ta’ Integrazzjoni. 

Aktar komunikazzjonijiet jintbagħtu wkoll fl-indirizz elettroniku li tkun ipprovdejt fl-applikazzjoni tiegħek.

Il-Pjattaforma tas-Servizzi ta’ Integrazzjoni hija s-sistema online użata biex jiġu ġestiti l-applikazzjonijiet ta’ I Belong u l-informazzjoni tal-parteċipanti. 

Permezz tal-profil personalizzat tiegħek, tista’ tara informazzjoni bħal: 

  • il-progress tal-applikazzjoni tiegħek; 
  • l-allokazzjoni għal kors, fejn applikabbli; u 
  • l-għażla tal-kors.

Jekk qed issib diffikultà biex tidħol jew taċċessa l-profil personalizzat tiegħek fuq il-Pjattaforma tas-Servizzi ta’ Integrazzjoni, ikkuntattja lil [email protected]. 

Jekk jogħġbok iddeskrivi fil-qosor il-problema u inkludi n-numru ta’ referenza tal-applikazzjoni tiegħek, jekk għandek wieħed.

Għal informazzjoni dwar ir-rekwiżiti ta’ integrazzjoni għar-Residenza fit-Tul, jekk jogħġbok irreferi għall-Mistoqsijiet Frekwenti ta’ Identità.