Gruppi ta’ Ħidma

Ġew stabbiliti gruppi ta’ ħidma tematiċi bħala parti mill-Proġett Konġunt biex jgħinu fit-tħejjija u l-finalizzazzjoni tal-Istrateġija Nazzjonali u l-Pjan ta’ Azzjoni Nazzjonali. Dawn il-gruppi ta’ ħidma kienu magħmula minn diversi partijiet interessati nazzjonali biex isaħħu approċċ multisettorjali għall-ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin bil-għan li jaħdmu biex itejbu l-koordinazzjoni, l-ippjanar, l-implimentazzjoni u l-monitoraġġ tal-miżuri tal-Istrateġija:

  • Grupp ta’ Ħidma Strateġiku I: Qafas ta’ Appoġġ
  • Grupp ta’ Ħidma Strateġiku II: Prevenzjoni u Protezzjoni
  • Grupp ta’ Ħidma Strateġiku III: Prosekuzzjonijiet u Investigazzjonijiet
  • Grupp ta’ Ħidma Strateġiku IV: Kooperazzjoni Internazzjonali

Il-gruppi ta’ ħidma kienu ppreseduti mid-Direttorat għad-Drittijiet tal-Bniedem u mmoderati mill-esperti indipendenti tal-Kunsill tal-Ewropa.