Jum tal-UE Kontra t-Traffikar 2021

Biex timmarka Jum l-UE Kontra t-Traffikar, Dr Lynn Chircop Faure, Senior Manager HRD, deheret fuq TVAM biex tqajjem kuxjenza dwar it-traffikar tal-bnedmin f’Malta u madwar l-Ewropa.

Hija ssottolinjat il-kooperazzjoni meħtieġa bejn il-partijiet ikkonċernati lokali kif ukoll l-Istati Membri fil-livell Ewropew, u tenniet l-importanza li jiġu pprovduti strutturi adegwati għall-protezzjoni tal-vittmi. Filwaqt li l-forom ta’ sfruttament huma varjati, id-diskussjoni ffukat fuq l-isfruttament tal-ħaddiema peress li studju tal-Eurostat sab li 82% tal-vittmi rreġistrati f’Malta matul il-perjodu 2017-2018 kienu għal xogħol furzat.

Human Rights Directorate
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.