KAMPANJA TAL-QALB BLU 2024

Ġie żviluppat kalendarju ta’ avvenimenti biex jikkommemora l-Kampanja Qalb Blu ta’ din is-sena mill-HRIU biex titqajjem kuxjenza dwar it-traffikar tal-bnedmin. Ħafna partijiet ikkonċernati rilevanti tat-traffikar tal-bnedmin inklużi entitajiet governattivi, is-soċjetà ċivili u organizzazzjonijiet internazzjonali pparteċipaw permezz ta’ diversi attivitajiet bejn it-8 u l-31 ta’ Lulju. L-attivitajiet kienu jinkludu sensibilizzazzjoni fuq il-midja soċjali, artikli tal-aħbarijiet, sessjonijiet ta’ informazzjoni, u t-tixrid ta’ fuljetti u posters fost l-oħrajn. It-tema ta’ din is-sena “Leave No Child Behind in the Fight Against Human Trafficking” ispirat ħafna mill-attivitajiet bħal sessjoni ta’ informazzjoni mal-Bord Konsultattiv tat-Tfal organizzata minn rappreżentanti mill-HRIU flimkien ma’ uffiċjali mill-Kunsill tal-Ewropa u l-Kummissjoni Ewropea, il-wiri ta’ film dwar it-traffikar tat-tfal intitolat “The Sound of Freedom” mis-CCIF, u sessjoni ta’ taħriġ li saret fl-MCAST mogħtija mill-IOM. Il-pinnijiet tal-qalb blu ġew ipprovduti mit-Taqsima tal-Promozzjoni tal-UNODC, u dawn tqassmu lit-tfal fil-laqgħa mal-Bord Konsultattiv tat-Tfal.

Bħal fis-snin preċedenti ħafna kunsilli lokali kkollaboraw biex jixegħlu l-faċċati tal-bini tagħhom/postijiet familjari oħra bil-blu biex jikkommemoraw il-Kampanja Qalb Blu u jqajmu kuxjenza dwar it-traffikar tal-bnedmin. Dawn kienu jinkludu:

  • Tritoni, Valletta
  • L-Uffiċċju tal-Amministrazzjoni tal-Kunsill Reġjonali tal-Lvant, San Ġwann
  • Kunsill Lokali ta’ Ħ’Attard
  • Funtana faċċata tal-Kunsill Lokali ta’ Pembroke
  • Kunsill Lokali tal-Birgu
  • Kunsill Lokali taż-Żurrieq
  • Kunsill Lokali tal-Għargħur
  • Kunsill Lokali tal-Fgura
  • Kunsill Lokali tas-Siġġiewi
  • Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar
  • Kunsill Lokali tal-Mellieħa
  • Kunsill Lokali ta’ Swieqi
Human Rights Directorate
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.