SUPPORTING PRE-INTEGRATION GOVERNANCE (SPRING)

Supporting Pre-Integration Governance (SPRING) huwa proġett kofinanzjat mill-Unjoni Ewropea taħt il- Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni (AMIF), iddedikat biex jappoġġja liċ-Ċittadini ta’ Pajjiżi Terzi (TCNs) fil-proċess bikri tal-integrazzjoni tagħhom. L-għan huwa li jiġi żgurat li t-TCNs jiġu integrati b’mod effettiv fis-soċjetà Maltija. Il-viżjoni strateġika ta’ dan il-proġett hija l-Istrateġija u l-Pjan ta’ Azzjoni għall-Integrazzjoni ta’ Malta (2025–2030) approċċ kuraġġuż għall-governanza ta’ integrazzjoni ta’ suċċess. SPRING se jkollu rwol kruċjali fl-implimentazzjoni tal-għan ewlieni tal-Istrateġija, li huwa li jiġu mainstreamed u mtejba s-servizzi u governanza relatati mal-integrazzjoni, sabiex jinħolqu u jiġu mħeġġa komunitajiet aktar koerenti u jintlaħqu l-ħtiġijiet soċjoekonomiċi tal-pajjiż u tal-migranti. L-attivitajiet tal-proġett huma mmirati lejn:

  1. it-tisħiħ tal-kapaċità tal-fornituri tas-servizzi relatati mal-integrazzjoni u b’hekk it-titjib tal-provvista tas-servizzi;
  2. Il-provvista kontinwa u mtejba, kif ukoll l-iżvilupp tal-Programm Nazzjonali ta’ Integrazzjoni ta’ Malta (I Belong);
  3. L-għoti ta’ informazzjoni aġġornata, affidabbli u aċċessibbli lit-TCNs dwar aspetti importanti tal-integrazzjoni; u
  4. Promozzjoni tal-integrazzjoni bħala proċess b’direzzjoni doppja, billi jiġu mħeġġa djalogu soċjali u interazzjonijiet pożittivi bejn il-komunità ospitanti u t-TCNs li jgħixu Malta sabiex jinbnew komunitajiet soċjalment koerenti.

Dawn l-attivitajiet se jiżguraw li l-integrazzjoni tkun proċess fejn kulħadd jirbaħ, u li permezz tiegħu t-TCNs ikunu jistgħu jipparteċipaw bis-sħiħ u jikkontribwixxu għas-soċjetà.