Learning-Exchanging-Integrating

Il-proġett Learning Exchanging and Integrating (LEI) – kien proġett kofinanzjat primarjament mill-Fond għall-Ażil, Migrazzjoni u Integrazzjoni (AMIF) għall-2014-2020 fdat f’idejn it-Taqsima għall-Affarijiet Interkulturali u Kontra r-Razziżmu fi ħdan id-Direttorat għad-Drittijiet tal-Bniedem. Il-proġett huwa parti mill-kisba tal-miri stabbiliti fl-Istrateġija u l-Pjan ta’ Azzjoni tal-gvern għall-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni (Viżjoni 2020).

L-għanijiet ewlenin ta’ dan il-proġett kienu li:

  • Jipprovdi appoġġ f’termini ta’ implimentazzjoni tal-istrateġija nazzjonali u pjan ta’ azzjoni għall-integrazzjoni tal-migranti.
  • Jevalwa u jippreżenta rakkomandazzjonijiet dwar is-servizzi u l-faċilitajiet għall-migranti li huma disponibbli għall-pubbliku.
  • Irawwem spirtu ta’ koperazzjoni reċiproka u spirtu ta’ fiduċja bejn il-komunitajiet immexxija mill-migranti u l-pajjiż ospitanti permezz ta’ diversi inizjattivi.

L-inizjattivi li ġejjin ġew iffinanzjati permezz tal-proġett:

  • I Belong: Il-programm li huwa maqsum f’żewġ stadji, li jinkludi lezzjonijiet tal-Malti, l-Ingliż u l-orjentazzjoni kulturali li jipprovdi triq għall-integrazzjoni fis-soċjetà Maltija miftuħa għall-migranti kollha.
  • Turning the Tables: Inizjattiva mmexxija minn migrant li ħarset lejn kwistjonijiet importanti relatati mal-integrazzjoni li wasslet għal tibdil fil-politika. Dan il-proġett ra l-integrazzjoni bħala impenn konġunt bejn l-individwi l-ġodda f’soċjetà partikolari, u l-pajjiż ospitanti – f’dan il-każ, Malta. Għal dan il-għan, l-għan tal-proġett kien li jrawwem sens ta’ setgħa u appartenenza lill-migranti fis-soċjetà tagħna. Dan sar permezz tal-organizzazzjoni ta’ konferenzi biex jiġu diskussi diversi suġġetti magħżula mill-komunitajiet ta’ migranti li jirrappreżentaw sfidi fil-ħajja ta’ kuljum tal-migranti. Is-suġġetti magħżula jinkludu:

Kull suġġett ġie diskuss u żviluppat permezz ta’ grupp ta’ ħidma speċifiku waqt konferenza ta’ qabel il-konferenza ewlenija. L-għan ta’ dawn il-gruppi kien li jqajmu u jiddiskutu proposti ta’ politika li mbagħad ġew ippreżentati waqt il-konferenza ewlenija. Riċerkatur kien ukoll qed jiddokumenta dawn id-diskussjonijiet, segwiti minn żvilupp, dokumentazzjoni u finalment il-pubblikazzjoni. Dawn il-pubblikazzjonijiet jistgħu jintużaw ukoll bħala għodda ta’ promozzjoni.

  • Sessjonijiet ta’ Informazzjoni dwar l-Integrazzjoni tal-Migranti (MIIS): L-inizjattiva ta’ wara stabilixxiet sessjonijiet differenti ta’ informazzjoni fuq suġġetti li l-migranti pproponew u li setgħu jieħdu sehem fihom huma stess. Għal kull suġġett, it-Taqsima għall-Affarijiet Interkulturali u Kontra r-Razziżmu laqqgħet esperti, kelliema u stakeholders biex jipparteċipaw f’din l-inizjattiva. L-għan kien li teduka filwaqt li jinħoloq spazju sigur għall-iskambju ta’ ideat.
  • Diploma fl-Edukazzjoni għall-Medjazzjoni Kulturali: Dan il-kors, li beda jingħata mill-Università ta’ Malta fl-2021, iħarreġ professjonisti biex jiffaċilitaw relazzjonijiet armonjużi bejn il-migranti u ċ-ċittadini fil-pajjiż ospitanti, jippromwovi skambju reċiproku ta’ għarfien u l-istabbiliment ta’ relazzjonijiet pożittivi bejn l-individwi ta’ diversi sfondi kulturali u oriġini etniċi.

Riċerka ta’ Mmappjar ta’ Integrazzjoni

Rapport fuq ir-Riċerka ta’ Mmappjar ta’ Integrazzjoni dwar is-Saħħa Mentali
Rapport fuq ir-Riċerka ta’ Mmappjar ta’ Integrazzjoni dwar is-Soċjalizzazzjoni
Rapport fuq ir-Riċerka ta’ Mmappjar ta’ Integrazzjoni dwar ir-Riunifikazzjoni tal-Familja
Rapport fuq ir-Riċerka ta’ Mmappjar ta’ Integrazzjoni dwar il-Migranti u ċ-Ċittadinanza

Il-Valur u ż-Żmien tal-Proġett

  • Il-valur tal-proġett: €2,029,307.18
  • Iz-zmien tal-proġett: 1 ta’ Marzu 2019 – 31 ta’ Diċembru 2022 (estiż minħabba l-pandemija)