Il-Kunsill Konsultattiv LGBTIQ huwa entità konsultattiva li ġie stabbilit fl-2013 mill-Ministru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili dak iż-żmien. Il-għanijiet tal-Kunsill huma li jagħti pariri lill-gvern dwar dawk il-kwistjonijiet li jaffettwaw persuni LGBTIQ+ u li jressaq leġiżlazzjoni, politiki u miżuri oħra biex javvanza d-drittijiet tal-persuni LGBTIQ f’konsultazzjoni mal-Ministru. Il-Kunsill Konsultattiv issa huwa entità konsultattiva fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru – Fondi tal-UE, Ugwaljanza, Riformi u Djalogu Soċjali.