It-Taqsima SOGIGESC kienet involuta b’suċċess fil-faċilitazzjoni ta’ sessjonijiet ta’ taħriġ ma’ entitajiet multipli. It-Taqsima tassisti kemm lill-maniġment kif ukoll lill-istaff fis-settur pubbliku u privat, fl-evalwazzjoni tal-prattiki ta’ inklużjoni tagħhom biex jindirizzaw aħjar il-ħtiġijiet tal-persuni LGBTIQ.
It-Taqsima kienet involuta f’taħriġ dwar is-suġġetti li ġejjin:
Introduzzjoni għat-terminoloġija u l-kunċetti ewlenin tal-LGBTIQ
Politiki u prattiki inklużivi tal-LGBTIQ fuq il-post tax-xogħol
Il-provvediment għall-ħtiġijiet tal-klijenti jew utenti tas-servizz LGBTIQ
L-għarfien tal-ħtiġijiet tal-persuni li qed ifittxu ażil LGBTIQ
Prattiki inklużivi tal-LGBTIQ fl-edukazzjoni
Qafas legali u politiku tal-ugwaljanza LGBTIQ.
It-taħriġ jista’ jiġi adattat għal firxa ta’ ambjenti u personalizzat biex jindirizza setturi partikolari. Approċċ parteċipattiv huwa adottat fit-taħriġ.
Ikkuntattjana jekk tixtieq tikseb aktar informazzjoni dwar is-sessjonijiet ta’ taħriġ offruti mit-Taqsima, jew jekk tixtieq li t-Taqsima tindirizza sessjoni għall-impjegati tal-kumpanija tiegħek.