KONSULTAZZJONIJIET PUBBLIĊI

Lejn Qafas għall-Integrazzjoni tal-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri – Konsultazzjoni Magħluqa

Fl-okkażjoni tal-Jum Internazzjonali tan-Nisa fl-2019, ġiet imnedija konsultazzjoni pubblika online (OPC) rigward id-dokument ‘Lejn Qafas għall-Integrazzjoni tal-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri’. Il-proċess ta’ konsultazzjoni dam għaddej sat-8 ta’ April.

L-għan ta’ din il-konsultazzjoni pubblika kien li jinġabru l-opinjonijiet dwar l-ugwaljanza bejn il-ġeneri f’Malta kif ukoll dwar il-prijoritajiet futuri. It-Taqsima għall-Integrazzjoni tal-Ġeneru tfittex li tiġbor feedback minn firxa wiesgħa ta’ stakeholders, inklużi entitajiet Governattivi, sħab soċjali, organizzazzjonijiet fis-soċjetà ċivili u l-pubbliku ġenerali.

Il-Konsultazzjoni Pubbli​ka ġiet imnedija mill-Onor. Helena Dalli, Ministru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza.

Jekk jogħġbok ara l-ħolqa għall-mistoqsijiet tal-konsultazzjoni u d-dettalji dwar is-sottomissjoni għall-konsultazzjoni pubblika.

Riżultat tal-Konsultazzjoni