Organizzazzjonijiet

ALLIED RAINBOW COMMUNITIES (ARC)

Allied Rainbow Communities (arc) ġie stabbilit f’nofs l-2015. Il-motto ta’ ARC “belong, grow, and contribute” jirrifletti l-missjoni ta’ arc li tippromwovi sens ta’ appartenenza u tkabbir fi ħdan il-komunità LGBTIQ+, li twassal għal kontribut pożittiv lejn is-soċjetà ġenerali. L-oqsma prinċipali ta’ ħidma ta’ ARC jinvolvu l-Pride, is-Saħħa, il-Komunikazzjoni u l-Attivitajiet Soċjali. ARC tmexxi l-portal LGBTQ+ https://www.gaymalta.com, li jinkludi aħbarijiet, avvenimenti u kwistjonijiet relatati mal-komunità.

ADPD LGBTIQ

ADPD LBGTIQ hija grupp fi ħdan ADPD li jiffoka fuq il-bżonnijiet u d-drittijiet tal-komunità lesbjana, gay, bisesswali, trans*, intersex u queer. AD LGBTIQ ġiet stabilita biex taġixxi bħala korp konsultattiv għall-kumitat eżekuttiv ta’ ADPD dwar kwistjonijiet relatati ma’ persuni LGBTIQ. ADPD LGBTIQ tistinka biex toħloq spazju għal dawk li jemmnu fl-ugwaljanza u d-diversità fil-qafas politiku, u biex tippromwovi tali valuri.

DRACHMA U ĠENITURI DRACHMA

Drachma hija spazju miftuħ għal persuni kollha ta’ rieda tajba li jfittxu l-integrazzjoni sesswali u spiritwali. Jinkludi persuni lesbjani, gay, bisesswali, transgender u intersex, kif ukoll ħbieb ta’ persuni LGBTI li jixtiequ jiltaqgħu biex jitolbu flimkien u jesploraw l-intersezzjonijiet bejn is-sesswalità, il-ġeneru, l-identità tal-ġeneru, il-fidi, is-spiritwalità u r-reliġjon. Jinkludi wkoll ġenituri, aħwa, qraba u dawk kollha li jixtiequ jakkumpanjaw u jappoġġjaw persuni LGBTI u ġenituri u qraba oħra ta’ persuni LGBTI fil-vjaġġi tal-ħajja tagħhom. Drachma hija grupp li ħafna mill-ispirazzjoni tiegħu ġejja mit-tradizzjoni, il-valuri u l-ispirtwalità Kattolika Rumana iżda huwa miftuħ għal persuni li ġejjin minn tradizzjonijiet reliġjużi differenti jew xejn affattu. Drachma jesplora wkoll spazji ekumeniċi u inter-reliġjużi.

 

EQUALITY LABOUR

Equality Labour huwa forum fi ħdan il-Partit Laburista f’Malta li jippromwovi l-ugwaljanza għall-minoranzi f’Malta.

facebook: www.facebook.com/lgbtlabour

 

GENERAL WORKERS’ UNION EQUALITY COMMITTEE

Il-Kumitat tal-Ugwaljanza tal-Union Ġenerali tal-Ħaddiema (GWU) jinsab sod għall-ugwaljanza għal kulħadd. Il-Kumitat tal-Ugwaljanza tal-GWU jinvesti f’impjiegi u opportunitajiet indaqs. Jistinka biex jipproteġi u jtejjeb id-drittijiet għal kulħadd irrispettivament mill-età, is-sess, id-diżabbiltà, l-orjentazzjoni sesswali, l-etniċità, ir-reliġjon, l-affiljazzjoni politika jew il-klassi soċjali. Jistinka biex inaqqas il-faqar u jopponi l-bullying u l-fastidju. Il-kumitat tal-ugwaljanza jinkoraġġixxi politiki tal-ugwaljanza fuq il-post tax-xogħol u jiddiskuti ma’ min iħaddem dwar kif itejjeb il-post tax-xogħol tiegħu sabiex jinħoloq ambjent li jfittex l-ugwaljanza.

LGBTI+ GOZO

LGBTI+ Gozo hija l-unika organizzazzjoni queer fl-gżira ta’ Għawdex. Stabbilita fl-2015, l-organizzazzjoni hija attur ewlieni fil-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn l-individwi filwaqt li tipprovdi spazju sigur għal Gozitani queer permezz ta’ numru ta’ avvenimenti soċjali, kampanji ta’ sensibilizzazzjoni, u programmi edukattivi.

MALTA LGBTIQ RIGHTS MOVEMENT

MGRM ġiet stabbilita fl-2001 u l-missjoni tagħha hija li jikseb ugwaljanza sħiħa għal persuni LGBTIQ fis-soċjetà Maltija; soċjetà li tippermetti lin-nies jgħixu b’mod miftuħ u sħiħ mingħajr biża’ ta’ diskriminazzjoni bbażata fuq l-orjentazzjoni sesswali, l-identità tal-ġeneru, l-espressjoni tal-ġeneru, jew il-karatteristiċi tas-sess. MGRM jiffoka fuq bidla leġiżlattiva, inizjattivi ta’ politika, taħriġ u sensibilizzazzjoni, bini tal-komunità, provvista ta’ servizzi ta’ appoġġ, netwerking, u bini tal-kapaċità.

Logo: The words Opportunitajiet Indaqs written in purple with the acronym F-O-I-P-N written in a small font under it. The text i

FORUM OPPORTUNITAJIET INDAQS PARTIT NAZZJONALISTA (FOIPN)

FOIPN hija fergħa fi ħdan il-Partit Nazzjonalista (PN) li tippromwovi l-ugwaljanza soċjali u l-għoti tas-setgħa. FOIPN huwa magħmul minn erba’ sottokumitati prinċipali: Multikulturaliżmu u Reliġjon; Abilitajiet Differenti; Età; kif ukoll Ġeneru u Orjentazzjoni Sesswali. Is-sottokumitat dwar il-Ġeneru u l-Orjentazzjoni Sesswali jżid l-għarfien dwar kwistjonijiet li jinkludu s-sensibilizzazzjoni tal-fatturi tal-politika u l-pubbliku ġenerali dwar l-isfidi li jiffaċċjaw in-nies LGBTI. Dan issottokumitat fi ħdan FOIPN jippromwovi b’mod attiv bidla soċjali favur persuni LGBTI.