KAMPANJA TAL-QALB BLU 2021

It-tema għall-2021 kienet “Victims’ Voices Lead the Way”, u l-parteċipanti kellhom l-opportunità li jifhmu l-esperjenza minn dawk li baqgħu ħajjin wara t-traffikar tal-bnedmin. In-nies li jisimgħu dwar dawn l-esperjenzi jkunu jistgħu jappoġġaw aħjar lill-vittmi u jappoġġaw il-ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin.

F’dan il-jum, il-Ministru għall-Ugwaljanza, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni Dr Owen Bonnici nieda kampanja mmirata biex tqajjem kuxjenza fost il-pubbliku ġenerali dwar is-sitwazzjoni tat-traffikar f’Malta. Il-kampanja kienet tinkludi wirja fuq barra fi Pjazza Tritoni fil-Belt Valletta fejn superstiti tat-traffikar ingħataw vuċi biex jaqsmu l-istejjer tagħhom.

Din l-inizjattiva kienet tifforma parti minn kampanja usa’ organizzata mid-Direttorat għad-Drittijiet tal-Bniedem dwar l-istess tema li kienet tinkludi l-użu tal-midja soċjali u l-gazzetti online.

Human Rights Directorate
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.