DWAR L-UNITÀ TAL-INIZJATTIVI TAD-DRITTIJIET TAL-BNIEDEM

L-Unità tal-Inizjattivi tad-Drittijiet tal-Bniedem (HRIU) ġiet stabbilita fl-2020 u hija responsabbli għar-riforma Kontra t-Traffikar tal-Bniedem.
 
L-HRIU jissorvelja l-implimentazzjoni tal-Istrateġija Nazzjonali u l-Pjan ta’ Azzjoni dwar il-Ġlieda kontra t-Traffikar tal-Bnedmin f’Malta (2024-2030) li ġie żviluppat permezz ta’ proġett Konġunt tad-DĠ Riforma tal-UE u tal-Kunsill tal-Ewropa. L-Unità bħalissa twettaq il-funzjonijiet nazzjonali ta’ koordinazzjoni u rappurtar fil-qasam tat-traffikar tal-bnedmin permezz tal-Kumitat Interministerjali Kontra t-Traffikar tal-Bniedem (IMC), kif ukoll il-kollaborazzjoni mas-sħab soċjali, l-organizzazzjonijiet mhux governattivi u partijiet ikkonċernati oħra.
 
L-HRIU jmexxi wkoll kampanji nazzjonali ta’ sensibilizzazzjoni dwar it-traffikar tal-bnedmin bil-għan li jinforma lill-pubbliku dwar il-bnadar ħomor tal-iskjavitù moderna u jinkoraġġixxi r-rapportar ta’ kwalunkwe attività suspettuża. L-isforzi ta’ sensibilizzazzjoni huma mmirati wkoll lejn il-vittmi u dawk f’riskju ta’ traffikar tal-bnedmin sabiex titħeġġeġ l-awtoidentifikazzjoni u jiġu promossi s-servizzi ta’ appoġġ.