BILANĊ BEJN IX-XOGĦOL U L-ĦAJJA

BILANĊ BEJN IX-XOGĦOL U L-ĦAJJA

Li tlaħħaq mal-karriera, responsabbiltajiet tal-familja, u interessi personali f’soċjetà li qiegħda timxi malajr hija sfida dejjem akbar, partikolarment għall-ħaddiema nisa, imma wkoll għall-irġiel. Ħaddiema qed ifittxu li jirrikonċiljaw l-impjieg u r-responsabbiltajiet ta’ kura, inklużi, fost l-oħrajn, l-irwol ta’ ġenitur, il-kura għall-anzjani, u mard jew diżabilità fi ħdan l-unità tal-familja.

Mingħajr miżuri li jiffavorixxu l-familja u arranġamenti flessibbli tax-xogħol, tali rikonċiljazzjoni hija spiss impossibbli għall-ħaddiema. L-arranġamenti tax-xogħol għandhom ikunu flessibbli biżżejjed li jippermettu lill-ħaddiema taż-żewġ sessi li jattendu attivitajiet ta’ tagħlim tul il-ħajja u attivitajiet relatati mal-iżvilupp professjonali u personali tagħhom, mhux neċessarjament relatati direttament max-xogħol tal-ħaddiem.

Għalhekk, li jintlaħaq bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja ma jiffokax biss fuq kompiti domestiċi u kura għal qraba dipendenti, iżda wkoll responsabbiltajiet ekstrakurrikulari jew prijoritajiet oħra importanti tal-ħajja.

Direttiva tal-UE fuq il-Bilanċ bejn ix-Xogħol u l-Ħajja Privata għall-Ġenituri u għall-Persuni li Jindukraw

Sors: Il-Kummissjoni Ewropea

Id-Direttiva dwar il-Bilanċ bejn ix-Xogħol u l-Ħajja Privata għall-Ġenituri u għall-Persuni li jindukraw ġiet adottata fit-13 ta’ Ġunju 2019 biex issaħħaħ id-drittijiet individwali. Id-direttiva għandha tippreżenta mudell dwar kif taffilja l-prijoritajiet soċjali u ekonomiċi hekk kif in-negozji se jattiraw u jżommu t-talenti ta’ kemm l-irġiel kif ukoll in-nisa.

Id-Direttiva tal-UE fuq il-Bilanċ bejn ix-Xogħol u l-Ħajja Privata għall-Ġenituri u għall-Persuni li jindukraw għandha l-għan li tikseb l-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa fir-rigward tal-opportunitajiet fis-suq tax-xogħol u t-trattament fuq il-post tax-xogħol. Din id-direttiva għandha l-għan li ttejjeb l-aċċess tal-familji għall-leave tal-familja u għall-arranġamenti tax-xogħol flessibbli u issa għandha tiġi adottata mill-Istati Membri sa Awwissu 2022.

Id-Direttiva dwar il-Bilanċ bejn ix-Xogħol u l-Ħajja għandha tistabbilixxi standard ġdid jew avvanzat minimu li jippreserva u jestendi d-drittijiet eżistenti inklużi:

  • 10 ijiem leave tal-Paternità;
  • Mill-inqas 4 xhur leave tal-Ġenituri għal kull ġenitur, li xahrejn minnhom ma humiex trasferibbli bejn il-ġenituri;
  • 5 ijiem leave fis-sena għall-persuni li jindukraw;
  • Id-dritt li tintalab Flessibbiltà fl-Arranġamenti tax-Xogħol li tirreferi għal tnaqqis fis-sigħat tax-xogħol, sigħat flessibbli tax-xogħol u flessibbiltà fuq il-post tax-xogħol.

Id-direttiva hija ta’ valur għaċ-ċittadini kollha hekk kif se ttejjeb il-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-impjegati, is-suq tax-xogħol se jkun qed jattira aktar ħaddiema b’responsabbiltajiet differenti, filwaqt li t-tkabbir tal-provvista tax-xogħol se jtejjeb il-kompetittività.

Id-Direttiva (UE) 2019/1158 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 dwar il-bilanċ bejn ix-Xogħol u l-Ħajja għall-Ġenituri u għall-Persuni li jindukraw, ġiet trasposta fil-liġi Maltija fit-12 ta’ Lulju 2022 permezz tan-Notifika Legali 201 tal-2022 bit-titlu Regolamenti tal-Bilanċ bejn ix-Xogħol u l-Ħajja privata għall-Ġenituri u għall-Persuni li jindukraw.

Direttiva tal-UE fuq il-Bilanċ bejn ix-Xogħol u l-Ħajja privata għall-Ġenituri u għall-Persuni li jindukraw

Human Rights Directorate
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.