DIRETTIVA TAL-UE DWAR NISA FUQ IL-BORDIJIET

DIRETTIVA (UE) 2022/2381 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tat-23 ta’ Novembru 2022 dwar it-titjib tal-bilanċ bejn il-ġeneri fost id-diretturi ta’ kumpaniji elenkati u miżuri relatati.

Id-direttiva għandha l-għan li tiżgura li l-bilanċ bejn il-ġeneri fil-bordijiet korporattivi ta’ kumpaniji elenkati jitjieb fl-UE kollha, filwaqt li tippermetti flessibbiltà għal Stati Membri li adottaw miżuri effettivi bl-istess mod. Din il-flessibbiltà tippermetti s-sospensjoni tar-rekwiżiti proċedurali stabbiliti fid-Direttiva.

Dispożizzjonijiet ewlenin tad-direttiva

Fil-qalba tad-direttiva l-ġdida hemm proċess trasparenti ta’ għażla tal-membri tal-bord ibbażat fuq kriterji ċari u tqabbil tal-kwalifiki tal-kandidati. Kumpaniji kbar elenkati fl-UE li ma jilħqux il-mira ta’ 40 % fost il-membri tal-bord li mhumiex eżekuttivi jew 33% fost id-diretturi kollha tal-ġens sottorappreżentat sat-30 ta’ Ġunju 2026 iridu jiżguraw proċeduri tal-għażla ġusti u trasparenti għall-għażla ta’ kandidati għal pożizzjonijiet fil-bord. Tali kumpaniji jkunu meħtieġa jagħmlu ħatriet ibbażati fuq analiżi komparattiva tal-kwalifika tal-kandidati billi japplikaw kriterji ċari, newtrali fir-rigward tal-ġeneru u mhux ambigwi, u jiżguraw li l-applikanti jiġu evalwati b’mod oġġettiv ibbażat fuq il-merti individwali tagħhom, irrispettivament mill-ġeneru.

Dan l-approċċ jirrispetta l-kwalifiki u l-merti tal-kandidati kollha bħala l-kriterji deċiżivi. Il-kriterji għall-pożizzjonijiet fil-bord għandhom jiġu stabbiliti mill-kumpaniji nfushom. L-adattabilità, il-kompetenza u l-prestazzjoni professjonali, mhux il-ġeneru, jibqgħu l-fatturi ewlenin għall-proċess tal-għażla. Biss meta żewġ kandidati għandhom l-istess kwalifiċi għandha ssir l-għażla favur is-sess li jkun sottorappreżentat.

Kumpaniji kbar elenkati fl-UE jridu wkoll jagħrfu impenji individwali biex jilħqu bilanċ bejn il-ġeneri fost il-membri tal-bord eżekuttivi tagħhom.

Kumpaniji li jonqsu milli jilħqu l-għan tad-direttiva jridu jirrapportaw ir-raġunijiet u l-miżuri li qed jieħdu biex jindirizzaw dan in-nuqqas.

L-Istati Membri jipprevedu pieni għall-kumpaniji li jonqsu milli jikkonformaw mal-obbligi tal-għażla u r-rappurtar. Dawn il-pieni għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. Jistgħu jinkludu multi u nullità jew annullament tal-ħatra tad-direttur ikkontestat. L-Istati Membri huma meħtieġa jippubblikaw informazzjoni dwar kumpaniji li qed jilħqu l-miri, li sservi bħala pressjoni reċiproka li tikkomplementa l-infurzar.

L-Istati Membri għandhom jittrasponu d-Direttiva fil-liġi nazzjonali fi żmien sentejn – sat-28 ta’ Diċembru 2024.

Human Rights Directorate
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.