SUPPORTING PRE-INTEGRATION GOVERNANCE (SPRING)

Supporting Pre-Integration Governance (SPRING) huwa proġett kofinanzjat mill-Unjoni Ewropea taħt il- Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni (AMIF), iddedikat biex jappoġġja liċ-Ċittadini ta’ Pajjiżi Terzi (TCNs) fil-proċess bikri tal-integrazzjoni tagħhom. L-għan huwa li jiġi żgurat li t-TCNs jiġu integrati b’mod effettiv fis-soċjetà Maltija. Il-viżjoni strateġika ta’ dan il-proġett hija l-Istrateġija u l-Pjan ta’ Azzjoni għall-Integrazzjoni ta’ Malta (2025–2030) approċċ kuraġġuż għall-governanza ta’ integrazzjoni ta’ suċċess. SPRING se jkollu rwol kruċjali fl-implimentazzjoni tal-għan ewlieni tal-Istrateġija, li huwa li jiġu mainstreamed u mtejba s-servizzi u governanza relatati mal-integrazzjoni, sabiex jinħolqu u jiġu mħeġġa komunitajiet aktar koerenti u jintlaħqu l-ħtiġijiet soċjoekonomiċi tal-pajjiż u tal-migranti. L-attivitajiet tal-proġett huma mmirati lejn:

  1. it-tisħiħ tal-kapaċità tal-fornituri tas-servizzi relatati mal-integrazzjoni u b’hekk it-titjib tal-provvista tas-servizzi;
  1. Il-provvista kontinwa u mtejba, kif ukoll l-iżvilupp tal-Programm Nazzjonali ta’ Integrazzjoni ta’ Malta (I Belong);
  2. L-għoti ta’ informazzjoni aġġornata, affidabbli u aċċessibbli lit-TCNs dwar aspetti importanti tal-integrazzjoni; u
  3. Promozzjoni tal-integrazzjoni bħala proċess b’direzzjoni doppja, billi jiġu mħeġġa djalogu soċjali u interazzjonijiet pożittivi bejn il-komunità ospitanti u t-TCNs li jgħixu Malta sabiex jinbnew komunitajiet soċjalment koerenti.

Dawn l-attivitajiet se jiżguraw li l-integrazzjoni tkun proċess fejn kulħadd jirbaħ, u li permezz tiegħu t-TCNs ikunu jistgħu jipparteċipaw bis-sħiħ u jikkontribwixxu għas-soċjetà.

Human Rights Directorate
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.