TALBA GĦAT-TAĦRIĠ

It-Taqsima SOGIGESC kienet involuta b’suċċess fil-faċilitazzjoni ta’ sessjonijiet ta’ taħriġ ma’ entitajiet multipli. It-Taqsima tassisti kemm lill-maniġment kif ukoll lill-istaff fis-settur pubbliku u privat, fl-evalwazzjoni tal-prattiki ta’ inklużjoni tagħhom biex jindirizzaw aħjar il-ħtiġijiet tal-persuni LGBTIQ.

It-Taqsima kienet involuta f’taħriġ dwar is-suġġetti li ġejjin:

  • Introduzzjoni għat-terminoloġija u l-kunċetti ewlenin tal-LGBTIQ
  • Politiki u prattiki inklużivi tal-LGBTIQ fuq il-post tax-xogħol
  • Il-provvediment għall-ħtiġijiet tal-klijenti jew utenti tas-servizz LGBTIQ
  • Il-provvediment għall-ħtiġijiet tal-anzjani LGBTIQ f’ambjenti tal-kura tas-saħħa
  • Il-provvediment għall-ħtiġijiet tal-pazjenti LGBTIQ fis-servizzi tal-kura tas-saħħa
  • L-għarfien tal-ħtiġijiet tal-persuni li qed ifittxu ażil LGBTIQ
  • Prattiki inklużivi tal-LGBTIQ fl-edukazzjoni
  • Qafas legali u politiku tal-ugwaljanza LGBTIQ.

It-taħriġ jista’ jiġi adattat għal firxa ta’ ambjenti u personalizzat biex jindirizza setturi partikolari. Approċċ parteċipattiv huwa adottat fit-taħriġ.

Ikkuntattjana jekk tixtieq tikseb aktar informazzjoni dwar is-sessjonijiet ta’ taħriġ offruti mit-Taqsima, jew jekk tixtieq li t-Taqsima tindirizza sessjoni għall-impjegati tal-kumpanija tiegħek.

Ikkuntattjana:
Human Rights Directorate
SOGIGESC Unit
 
Human Rights Directorate
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.