Irrepeti l-korsijiet tal-programm 'Nappartjeni'

Jekk għal xi raġuni tkun fallejt kwalunkwe kors mill-programm ‘Nappartjeni’ u tkun irċevejt email mit-tim ta’ ‘Nappartjeni’ fi ħdan id-Direttorat għad-Drittijiet tal-Bniedem biex tirrepeti l-kors, jekk jogħġbok irreġistra l-interess tiegħek billi timla l-formola Nappartjeni – Ripetizzjoni.

Skont in-Notifika Legali 18 tal-2023, ir-rati biex tirrepeti l-korsijiet tal-programm ‘Nappartjeni’ huma kif ġejjin:

Korsijiet Bażiċi:

Ħiliet Diġitali – €72.05
Lingwa Maltija – €144.09
Lingwa Ingliża – €144.09

Korsijiet ta’ Stadju 1:
Lingwa Maltija – €90.82
Lingwa Ingliża – €90.82
Orjentazzjoni Kulturali – €90.82

Korsijiet ta’ Stadju 2:
Lingwa Maltija – €187.20
Orjentazzjoni Kulturali – €374.39

Int intitolat tappella d-deċiżjoni u tippreżenta evidenza dokumentarja ta’ sostenn. Il-Bord tal-Appelli tal-programm ‘Nappartjeni’ se jirrevedi l-appell tiegħek u joħroġ id-deċiżjoni.

Għal aktar kjarifika jew assistenza biex timla l-formola, jekk jogħġbok ibgħat email fuq [email protected] jew żur kwalunkwe ċentru tas-servizz.gov.

Human Rights Directorate
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.