STRATEĠIJA U PJAN TA' AZZJONI DWAR L-INTEGRAZZJONI

L-Istrateġija u Pjan ta’ Azzjoni dwar l-Integrazzjoni (2025-2030) hi t-tieni Strateġija f’dan is-settur, wara dik tal-2017, li permezz tagħha bnejna fuq sisien sodi l-istrutturi meħtieġa, bdejna nressqu lejn il-ħidma tagħna r-riżorsi meħtieġa, u bdew jingħataw is-servizzi tal-programm “I Belong,” il-programm nazzjonali tal-integrazzjoni.

Din l-Istrateġija ġdida tidħol iktar fid-dettall ta’ diversi rakkomandazzjonijiet relatati mal-integrazzjoni li jinsabu elenkati fid-dokument tal-Malta Labour Migration Policy.

L-Istrateġija u Pjan ta’ Azzjoni dwar l-Integrazzjoni (2025-2030) kienet preċeduta minn konsultazzjoni pubblika wiesgħa li saret matul ix-xahar ta’ Ġunju tal-2023.

Punti Ewlenin

  1. Ristrutturar u riforma tal-programm nazzjonali tal-integrazzjoni “Nappartjeni”.

Dan il-programm diġà qeda l-bżonnijiet ta’ eluf ta’ persuni, iżda issa jeħtieġ jikber u jkun aktar effiċjenti sabiex jinkludi l-miżuri tal-integrazzjoni ta’ qabel it-tluq li se jkunu mandatorji.

Il-perjodu ta’ stennija għandu jonqos aktar sabiex dawk li għandhom bżonn jagħmlu użu minnu, ma jeħlux fis-sistema. Għal dan il-għan:

  • se jsiru l-emendi legali neċessarji
  • se nżidu n-numru ta’ istituzzjonijiet edukattivi li se joffru s-servizzi fit-tieni stadju ta’ “Nappartjeni”, u
  • se ninvestu iktar fl-użu tat-teknoloġija bil-għan li s-servizz ikun tal-ogħla kwalità.
  1. Dan kollu jeħtieġ ħafna riżorsi. Minbarra l-finanzjament nazzjonali, id-Direttorat għad-Drittijiet tal-Bniedem se jmexxi proġett ko-finanzjat mill-Unjoni Ewropeja ta’ madwar sitt miljun Ewro.
  2. Ir-rwol tas-soċjetà ċivili fil-governanza tal-integrazzjoni huwa meħtieġ u imprezzabbli, u għal dan il-għan se jinħatar Kunsill Konsultattiv dwar l-Integrazzjoni u Kontra r-Razziżmu. Ir-rwol ewlieni tal-Kunsill Konsultattiv se jkun li, fi spirtu kollaborattiv, jipproponi policies u servizzi fis-settur.
  3. Fis-snin li ġejjin, ir-rwol tad-Direttorat għad-Drittijet tal-Bniedem se jkun ukoll ta’ “One-Stop-Shop” b’servizzi kemm diġitali kif ukoll in-person, biex ikunu ta’ għajnuna konkreta għall-klijenti. Dan se jsir permezz ta’ kollaborazzjoni ma’ servizzi mainstream, ma’ servizz.gov, u ma’ oħrajn speċjalizzati, u bl-involviment ta’ medjaturi kulturali. Barra minn hekk, se tkun disponibbli hotline apposta biex tipprovdi servizzi ta’ interpretazzjoni fil-lingwi primarji mitkellma mill-popolazzjoni tal-migranti.

Għal iktar informazzjoni: [email protected]

Human Rights Directorate
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.