INTEGRAZZJONI = APPARTENENZA

Integrazzjoni = Appartenenza kienet l-ewwel strateġija għall-integrazzjoni li ġiet adottata f’Malta. Id-dokument huwa maqsum f’żewġ partijiet ewlenin: l-istrateġija nfisha u l-pjan ta’ azzjoni li jsegwiha biex jiġi implimentat matul it-tliet snin ta’ wara. Waħda mill-azzjonijiet ewlenin ta’ din l-istrateġija kienet il-Programm ‘Nappartjeni’.

Din l-istrateġija ħolqot qafas għall-fehim ta’ integrazzjoni ta’ suċċess permezz tal-livell ta’ appartenenza tal-migranti fis-soċjetà Maltija u l-ispazju li s-soċjetà Maltija tippermetti għal din l-integrazzjoni fis-setturi u strati differenti tagħha. Il-Pjan ta’ Azzjoni għall-Integrazzjoni tal-Migranti stabbilixxa sensiela ta’ miżuri u identifika istituzzjonijiet responsabbli għal kull azzjoni, kif ukoll skeda ta’ żmien għall-implimentazzjoni tagħhom.

Il-pubblikazzjoni tal-istrateġija u l-pjan ta’ azzjoni ġew milqugħa tajjeb mis-soċjetà ċivili u l-organizzazzjonijiet internazzjonali, li wħud minnhom ġew ikkonsultati matul il-proċess tat-tfassil.

Il-Konferenza Annwali tal-Integrazzjoni tal-2019 uriet aġġornamenti li saru sa dak iż-żmien.

Human Rights Directorate
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.