Il-Programm 'Nappartjeni'

It-Taqsima għall-Affarijiet Interkulturali u Kontra r-Razziżmu hi l-punt ta’ dħul ta’ Malta għall-integrazzjoni. Din it-Taqsima tfittex li tassisti persuni ta’ sfond ta’ migrazzjoni li jirrisjedu f’Malta u qegħdin fit-triq individwali tagħhom lejn l-integrazzjoni.

Bħala parti mill-Istrateġija u l-Pjan ta’ Azzjoni għall-Integrazzjoni (Viżjoni 2020), il-Programm ‘Nappartjeni’ għandu l-għan li jipprovdi approċċ ħolistiku għall-integrazzjoni. L-ewwel pass f’din id-direzzjoni jkun l-għarfien tal-lingwi uffiċjali tal-pajjiż u l-għarfien kulturali.

Flimkien mal-MCAST u l-Università ta’ Malta, it-Taqsima għall-Affarijiet Interkulturali u Kontra r-Razziżmu toffri korsijiet tal-lingwa Maltija u dik Ingliża u korsijiet ta’ Orjentazzjoni Kulturali f’żewġ stadji. Il-korsijiet tal-lingwi jiffokaw fuq l-użu ta’ kuljum biex jiffaċilitaw l-integrazzjoni tal-persuna fis-soċjetà. Il-kors tal-orjentazzjoni kulturali jkopri l-aspetti soċjali, kulturali, ekonomiċi u storiċi ta’ Malta, u l-kostituzzjoni, il-liġi u l-valuri demokratiċi. Il-korsijiet huma bla ħlas għall-istudenti, sakemm ma jkunux soġġetti għal ħlas biex jirrepetu l-kors.

X’INHU INKLUŻ F’DAWN L-ISTADJI?

Il-korsijiet huma offruti f’żewġ stadji:

  • Stadju 1: Ċertifikat ta’ Qabel l-Integrazzjoni b’total ta’ 60 siegħa
  • Stadju 2: Ċertifikat għall-Integrazzjoni b’total ta’ 170 siegħa

Stadju 1: Ċertifikat ta’ Qabel l-Integrazzjoni

L-1 Stadju jikkonsisti f’dawn il-korsijiet li se jingħataw mill-MCAST Mosta jew Raħal Ġdid:

  1. Il-lingwa Maltija għall-Integrazzjoni (MQF Livell 1) – 20 siegħa
  2. Il-lingwa Ingliża għall-Integrazzjoni (MQF Livell 1) – 20 siegħa
  3. L-orjentazzjoni kulturali* (MQF Livell 1) – 20 siegħa

Kull kors jirrikjedi 80% attendenza u marka minima ta’ 50% biex tirċievi ċertifikat.

Wara ċ-ċertifikat ta’ Stadju 1, l-applikanti jistgħu javvanzaw għal Stadju 2.

Stadju 2: Ċertifikat għall-Integrazzjoni

Stadju 2, li huwa wieħed mir-rekwiżiti għal Status ta’ Residenza Long Term għal Ċittadini minn Pajjiżi Terzi, jikkonsisti minn dawn il-korsijiet mogħtija mill-Università ta’ Malta u l-MCAST:

  1. Il-lingwa Maltija għall-Integrazzjoni (MQF Livell 2) – 50 siegħa
  2. L-orjentazzjoni kulturali (MQF Livell 2) – 120 siegħa

Marka minima ta’ 65% hi meħtieġa biex tirċievi ċ-Ċertifikat fil-Lingwa Maltija għall-Integrazzjoni. 80% attendenza u marka minima ta’ 75% huma meħtieġa biex tirċievi Ċ-Ċertifikat fl-Orjentazzjoni Kulturali.

L-applikanti jirċievu ċertifikat wara li jtemmu b’suċċess dawn il-korsijiet.

Korsijiet Supplimentarji: Korsijiet Bażiċi

Filwaqt li rrikonoxxa l-ħtieġa ta’ korsijiet ta’ litteriżmu fl-Ingliż, il-Malti u l-Litteriżmu Diġitali, l-HRD ssieħeb mal-MCAST biex jipprovdi korsijiet bażiċi fl-Ingliż u l-Malti. Il-korsijiet huma mfassla b’mod li jiffaċilitaw l-aċċess għall-programm billi jipprovdu l-ħiliet lingwistiċi meħtieġa.

Il-korsijiet huma bla ħlas għall-istudenti, sakemm ma jkunux soġġetti għal ħlas biex jirrepetu l-kors.

X’INHU L-PROĊESS?

1. Sottomissjoni tal-Appllikazzjoni

Il-korsijiet huma bla ħlas għall-istudenti, sakemm ma jkunux soġġetti għal ħlas biex jirrepetu l-kors.

2. Reġistrazzjoni tal-Formola ta’ Applikazzjoni għall-Integrazzjoni

L-Uffiċjali tal-Integrazzjoni se jikkonfermaw l-irċevuta tal-Formola ta’ Applikazzjoni tiegħek u jinfurmawk bin-Numru tal-Fajl tiegħek.

3. Laqgħa ta’ Talba għall-Integrazzjoni

L-HRD se jikkuntattjak għal laqgħa one-to-one, li tista’ ssir fl-uffiċċju jew online, biex jitfassal il-Pjan Personali ta’ Integrazzjoni tiegħek.

4. Implimentazzjoni tal-Pjan Personali ta’ Integrazzjoni

Il-Pjan Personali ta’ Integrazzjoni jista’ jinkludi:

  • Attendenza tal-korsijiet ta’ Stadju 1
  • Kontinwazzjoni għall-korsijiet ta’ Stadju 2
  • Attendenza tal-korsijiet tal-litteriżmu fl-Ingliż u/jew Malti
  • Assistenza speċjalizzata

5. It-Triq ’il Quddiem

Wara li tirċievi ċ-Ċertifikat ta’ Qabel l-Integrazzjoni ta’ Stadju 1, tista’ tirreġistra għaċ-Ċertifikat għall-Integrazzjoni ta’ Stadju 2. Il-kompletezza b’suċċess taċ-Ċertifikat ta’ Qabel l-Integrazzjoni ta’ Stadju 1 jitqies bħala wieħed mir-rekwiżiti għall-Awtorizzazzjoni ta’ Residenza Speċifika (SRA) f’Malta.

Il-kompletezza b’suċċess taċ-Ċertifikat għall-Integrazzjoni ta’ Stadju 2 jitqies bħala wieħed mir-rekwiżiti għal Status ta’ Residenza Long-Term (LTR) f’Malta.

Jekk teħtieġ aktar għajnuna mit-Taqsima għall-Affarijiet Interkulturali u Kontra r-Razziżmu, tista’ tikkuntattjana hawn. Dan il-proġett huwa parzjalment iffinanzjat mill-Unjoni Ewropea – Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni 2014-2020. Awtorità Responsabbli eufunds.gov.mt.

Human Rights Directorate
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.