MISTOQSIJIET ĠENERALI DWAR L-INTEGRAZZJONI
M1. X’inhuwa l-iskop tal-programm ‘Nappartjeni’?
Il-programm ‘Nappartjeni’ għandu l-għan li jiffaċilita l-integrazzjoni. L-integrazzjoni hi proċess kumpless li jirrikjedi numru ta’ passi, kif ukoll sens ta’ impenn. Peress li l-integrazzjoni sseħħ fi ħdan il-komunità, huwa essenzjali li tieħu l-inizjattiva u tibda tħossok parti mill-komunità u s-soċjetà lokali.
M2. Kif jistgħu l-programm ‘Nappartjeni’ u t-Taqsima għall-Affarijiet Interkulturali u Kontra r-Razziżmu jgħinuni nintegra f’Malta?
Is-servizzi tat-Taqsima għall-Affarijiet Interkulturali u Kontra r-Razziżmu jassistu l-individwi li jixtiequ jintegraw fis-soċjetà Maltija primarjament permezz tal-korsijiet tal-lingwa Maltija u dik Ingliża, kif ukoll fil-korsijiet tal-Orjentazzjoni Kulturali. Il-korsijiet tal-lingwa jiffokaw fuq l-użu ta’ kuljum biex jiffaċilitaw l-integrazzjoni tal-persuni fis-soċjetà. L-orjentazzjoni kulturali tkopri l-aspetti soċjali, kulturali, ekonomiċi u storiċi ta’ Malta u l-kostituzzjoni, il-liġi u l-valuri demokratiċi. Permezz tal-korsijiet ta’ Stadju 2, it-Taqsima għall-Affarijiet Interkulturali u Kontra r-Razziżmu tgħin lill-migranti jissodisfaw il-kriterji għall-integrazzjoni stabbiliti mill-Identità biex jiksbu l-permess għar-residenza long-term.
It-Taqsima għall-Affarijiet Interkulturali u Kontra r-Razziżmu toffri wkoll korsijiet bażiċi tal-Litteriżmu fl-Ingliż (20 siegħa), il-Litteriżmu fil-Malti (20 siegħa), u l-Litteriżmu Diġitali (10 sigħat) lill-klijenti li jixtiequ aktar assistenza u attenzjoni biex jiksbu il-livell bażiku tal-litteriżmu.
M3. Għandi bżonn nissottometti talba għall-integrazzjoni?
Iva, it-talba għall-integrazzjoni għandha tiġi sottomessa billi timla din il-formola.
M4. Kulħadd jista’ – irrispettivament mill-istatus jew il-pajjiż ta’ oriġini – japplika għal dawn il-korsijiet?
Kull migrant adulti kollha jista’ japplika għall-korsijiet ta’ Stadju 1 u 2.
M5. Irrid inkun ngħix f’Malta biex nibbenifika minn dan il-kors?
Iva, l-applikanti jridu jkunu fil-pussess ta’ permess ta’ residenza validu u għandhom il-ħsieb li jibqgħu jgħixu f’Malta għal tul ta’ żmien.
M6. X’irrid nagħmel biex nikseb permess tar-residenza long-term?
Ġew stabbiliti numru ta’ kriterji mit-Taqsima tal-Expatriates f’Identità biex tikseb il-permess ta’ residenza long-term. L-aħjar li tikkuntattjahom għal aktar informazzjoni fuq:
Email: [email protected]
Website: https://identita.gov.mt/expatriates-unit-main-page/#el-54aa428d
M7. Kemm iddum biex tlesti il-korsijiet ta’ Stadju 1 u 2?
Stadju 1 jikkonsisti f’20 siegħa ta’ korsijiet tal-lingwa Maltija, 20 siegħa ta’ korsijiet tal-lingwa Ingliża u 20 siegħa ta’ korsijiet tal-orjentazzjoni kulturali. Il-lezzjonijiet ta’ Stadju 1 huma twal sagħtejn u nofs, darba fil-ġimgħa. Il-kors ta’ Stadju 1 għandha tieħu minimu ta’ 8 ġimgħat.
Stadju 2 jikkonsisti f’120 siegħa ta’ korsijiet tal-Orjentazzjoni Kulturali (madwar 50 ġimgħa/sena) u 50 siegħa ta’ korsijiet tal-lingwa Maltija (minimu ta’ 25 ġimgħa/6 xhuwar).
Il-parteċipanti ta’ Stadju 1 u 2 jistgħu jagħżlu li jattendu aktar minn suġġett wieħed fil-ġimgħa, skont id-disponibbiltà tal-korsijiet.
Iż-żmien biex jitlestew Stadju 1 u Stadju 2 jiddependi min-numru ta’ lezzjonijiet li jsiru kull ġimgħa.
M8. Huwa minnu li jekk nattendi u nlesti b’suċċess iż-żewġ stadji, ningħata permess għar-Residenza long-term?
Le. L-attendenza u l-kompletezza taż-żewġ stadji jissodisfaw biss wieħed mill-kriterji li hemm bżonn biex tikseb il-permess għar-Residenza long-term, jiġifieri ‘evidenza ta’ miżuri ta’ integrazzjoni’.
M9. X’benefiċċji oħra jkolli jekk intemm il-korsijiet?
L-għarfien tal-lingwa Maltija u dik Ingliża kif ukoll l-għarfien tal-aspetti ċentrali tal-ħajja f’Malta huma komponenti kruċjali għal integrazzjoni ta’ suċċess. Il-Programm jipprovdi wkoll pjattaforma biex tissoċjalizza u tibni ħbiberiji ġodda.
M10. Nista’ xorta napplika jekk ma nafx naqra u nikteb?
Iva. F’dan il-każ, il-klijent jattendi il-Korsijiet Bażiċi qabel ma jattendi l-korsijiet tal-programm ‘Nappartjeni’.
INFORMAZZJONI DWAR IL-KORSIJIET – STADJU 1
M11. Meta se jibdew il-lezzjonijiet?
Applikanti jiġu infurmati (medja) 3 ġimgħat qabel id-data tal-bidu.
M12. Fejn se jsiru l-lezzjonijiet?
Il-lezzjonijiet isiru online, fl-MCAST Raħal Ġdid, jew f’MCAST Mosta. Klijenti jistgħu jindikaw il-preferenza tagħhom waqt il-Laqgħa tat-Talba għall-Integrazzjoni.
M13. Fi x’ħin isiru l-lezzjonijiet?
Mit-Tnejn sal-Ġimgħa:
Is-Sibt:
Id-disponibbiltà tal-klijient tiġi kkonfermata waqt il-Laqgħa tat-Talba għall-Integrazzjoni.
M14. Kemm-il darba se jkolli lezzjonijiet fil-ġimgħa?
Lezzjonijiet isiru darba fil-ġimgħa għal perjodu ta’ tmien ġimgħat, għal kull sett ta’ ħiliet.
Numru totali ta’ lezzjonijiet: 8
Ġranet fil-ġimgħa: 1
Perjodu totali tal-kors: 8 ġimgħat
M15. Jien naħdem filgħodu. Nista’ nattendi korsijiet ta’ Stadju 1 filgħaxija?
Id-data, il-ħin u l-post tal-klassijiet jiġu diskussi waqt l-Laqgħa tat-Talba għall-Integrazzjoni.
M16. Jekk diġà għandi ċertifikat fil-lingwa Maltija MQF Livell 1, xorta rrid nattendi l-kors tal-lingwa Maltija ta’ Stadju 1?
Le, il-klijenti li jippreżentaw ċertifikat fil-Lingwa Maltija Livell 1 huma eżentati milli jagħmlu l-kors tal-lingwa Maltija ta’ Stadju 1 tal-programm ‘Nappartjeni’.
M17. Jekk jien profiċjenti fil-lingwa Ingliża, xorta għandi bżonn nattendi tal-kors tal-Lingwa Ingliża ta’ Stadju 1?
Le. Il-ħiliet lingwistiċi tal-klijent jiġu evalwati waqt il-Laqgħa tat-Talba għall-Integrazzjoni.
Pjan Personali ta’ Integrazzjoni jkun imfassal skont il-persuna.
M18. Għandi bżonn inħallas għall-korsijiet?
Le, il-korsijiet huma bla ħlas. Għaldaqstant, jekk applikanti jirtiraw mill-kors mingħajr raġuni valida jew ma jgħaddux mill-assessjar, l-applikanti jistgħu jintalbu jħallsu l-miżati tal-kors jekk ikunu jixtiequ jibdewh mill-ġdid.
M19. X’jiġri wara li nissottometti l-applikazzjoni tiegħi?
L-uffiċċji tat-Taqsima għall-Affarijiet Interkulturali u Kontra r-Razziżmu jikkuntattjawk biex jiskedaw Laqgħa tat-Talba għall-Integrazzjoni. Din il-laqgħa tista’ ssir fuq WhatsApp jew personalment.
INFORMAZZJONI DWAR IL-KORSIJIET – STADJU 2
M20. Meta nista’ nissottometti l-applikazzjoni tiegħi għal Stadju 2?
L-applikazzjoni għal Stadju 2 tista’ tiġi sottomessa immedjatament wara li ttemm b’suċċess Stadju 1. Biex tapplika, jekk jogħġbok issottometti din il-formola.
M21. Iċ-ċertifikat ta’ Qabel l-Integrazzjoni ta’ Stadju 1 huwa prerekwiżit għat- 2 Stadju?
Iva, iċ-ċertifikat Qabel l-Integrazzjoni huwa meħtieġ biex tirreġistra għal Stadju 2.
M22. Minn xiex jikkonsisti l-assessjar tal-kors għal Stadju 2?
Għal Stadju 2, il-Kors fl-Orjentazzjoni Kulturali jiġi assessjat permezz tal-parteċipazzjoni u l-attendenza, kif ukoll minn proġett żgħir ta’ taħdit fl-aħħar tal-kors (75% marka meħtieġa). Il-kors tal-lingwa Maltija għall-Integrazzjoni jiġi assessjat fuq il-parteċipazzjoni fil-klassi u eżami (65% marka meħtieġa). L-applikanti jiġu ttestjati fuq il-livell xieraq ta’ qari, kitba, smigħ u taħdit, fl-eżami.
M23. Jekk diġà għandi kemm ċertifikat fil-Malti MQF Livell 2 b’marka minima ta’ 65%, u kors ta’ mill-inqas 100 siegħa fl-orjentazzjoni kulturali Maltija, xorta għandi bżonn nattendi Stadju 2? Xi jkun il-pass ta’ wara biex tikseb il-permess għar-Residenza Long-Term?
Huwa meħtieġ biss mill-applikanti li jridu jiksbu r-Residenza Long-Term u li ma kinux kisbu 65% fil-Malti MQF Livell 2, li jattendu l-kors tal-Malti ta’ Stadju 2.
Għal komponent tal-orjentazzjoni kulturali, huwa biss il-kors fl-orjentazzjoni kulturali ta’ Stadju 2 tal-programm ‘Nappartjeni’ li jkun validu biex jissodisfa r-rekwiżiti għar-Residenza Long-Term dwar l-integrazzjoni, minbarra l-komponent tal-lingwa Maltija.
M24. Kemm (bejn wieħed u ieħor) idum biex jinħareġ iċ-ċertifikat ta’ Stadju 2 b’rabta mal-permess għar-Residenza Long-Term?
Iċ-ċertifikati jinħarġu kważi immedjatament.
M25. Għal kemm huma validi ċ-ċertifikati ta’ Stadju 2?
Iċ-ċertifikati ta’ Stadju 2 huma validi għall-applikazzjoni tal-LTRP għal perjodu ta’ sena. L-applikanti huma mħeġġa jikkunsidraw dan meta japplikaw għal Stadju 2.
INFORMAZZJONI TA’ KUNTATT
M26. Jekk għandi aktar mistoqsijiet, lil min nista’ nikkuntattja?
Għal aktar mistoqsijiet, ikkuntattja lir-Reception tad-Direttorat għad-Drittijiet tal-Bniedem fuq 22263210 jew żur l-uffiċċju tagħna.
Jekk jogħġbok ipprovdi in-numru tal-mowbajl li użajt fl-applikazzjoni meta tikkuntattja lid-Direttorat għad-Drittijiet tal-Bniedem.
Ħinijiet tal-ftuħ:
Ħinijiet tax-xitwa: Mit-Tnejn sal-Ġimgħa mis-07:00-16:00
Ħinijiet tas-sajf: Mit-Tnejn sal-Ġimgħa mis-07:00-13:00
Indirizz: Direttorat għad-Drittijiet tal-Bniedem, A3 Tower, Level 0, Triq l-Arkata, Paola
Email: [email protected]