IL-PROĠETT 'FIRST STEP: PRE-DEPARTURE INTEGRATION MEASURES (PDIMS) IN MALTA'

Il-proġett bl-isem ta’ ‘First Step: Pre-Departure Integration Measures (PDIMs) in Malta’, talab appoġġ għad-disinn u l-iżvilupp ta’ sistema nazzjonali għall-miżuri ta’ integrazzjoni qabel it-tluq, li se tkun inkluża wkoll bħala riżultat fl-Istrateġija l-ġdida għall-Integrazzjoni u l-Pjan ta’ Azzjoni. Din is-sistema ttejjeb l-integrazzjoni tal-migranti fis-soċjetà Maltija billi tippermettilhom jibdew l-integrazzjoni qabel it-tluq u jiksbu informazzjoni importanti dwar id-drittijiet, l-obbligi u l-opportunitajiet f’Malta. L-azzjoni se tikkontribwixxi biex tiffaċilita l-proċess tal-migrazzjoni tax-xogħol u se tipprovdi lill-popolazzjoni tal-migranti b’informazzjoni essenzjali dwar Malta u tgħinhom jidentifikaw il-ħiliet u l-attitudnijiet meħtieġa biex jintegraw b’suċċess. Għalhekk, il-proġett għandu l-għan li jippermetti lill-migranti jużaw bis-sħiħ il-kompetenzi u l-ħiliet tagħhom, isiru assi għall-pajjiż, u jipprevjenu l-isfruttament tax-xogħol.

Biex jagħmel dan, il-proġett se jikseb żewġ riżultati ewlenin:

Riżultat 1: L-istakeholders relevanti kollha għandhom fehim aħjar tal-bżonnijiet u r-riżorsi meħtieġa biex jiżguraw il-pedamenti għal PDIMs sostenibbli.

Riżultat 2: L-awtoritajiet Maltin għandhom fehim ċar tal-appoġġ meħtieġ għall-implimentazzjoni tal-PDIMs personalizzati.

Riżultati u attivitajiet ewlenin:

  • Rapport tal-immappjar li jiddeskrivi l-istat ta’ PDIMs disponibbli fil-kuntest Malti u li jiddentifika l-aħjar prattiki fuq livell tal-UE.
  • Analiżi komparattiva li tinkludi rakkomandazzjoniiet għal PDIMs ibbażati fuq l-immappjar u l-iskambju transnazzjonali;
  • Żjara ta’ studju transnazzjonali għall-istakeholders Maltin biex jiffamiljarizzaw ruħhom ma’ prattiki tajbin;
  • Grupp ta’ Esperti Tekniċi (TEP) magħmul minn stakeholders ewlenin biex jikkontribwixxu biex jipprovdu feedback fuq id-disinn, l-istruttura u l-għodod tal-pjattaforma tal-PDMIs tal-E-Government PDIMs.

Dan il-proġett huwa ffinanzjat mill-Unjoni Ewropea, permezz tal-Istrument ta’ Appoġġ Tekniku, u implimentat mill-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Migrazzjoni (IOM) f’kooperazzjoni mad-Direttorat għad-Drittijiet tal-Bniedem (HRD) u d-Direttorat Ġenerali għall-Appoġġ għal Riforma Strutturali (DG REFORM)

Human Rights Directorate
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.