Pubblikazzjonijiet

Il-Karta tal-UE tad-Drittijiet Fundamentali f’Malta

L-Aġenzija għad-Drittijiet Fundamentali (FRA) ppubblikat folji ta’ informazzjoni dwar il-Karta għal kull Stat Membru inkluż Malta. Dan id-dokument jiffoka fuq il-Karta tal-UE bħala obbligu u meta l-awtoritajiet Maltin huma meħtieġa li japplikawha; kif tintuża il-Karta f’Malta; il-valur miżjud tal-Karta; u l-Karta bħala strument ġdid. Tista’ taċċessa d-dokument ta’ Malta hawn.

CharterXchange

Il-CharterXchange huwa forum għall-prattikanti legali u l-partijiet interessati biex jesploraw l-applikazzjonijiet kurrenti u futuri tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE u l-irwol tagħha fit-tmexxija ta’ bidliet pożittivi għad-drittijiet tal-poplu. Dan il-forum jiltaqa’ kull sena f’Diċembru: l-ewwel CharterXchange Annwali tal-UE sar f’Diċembru 2023, u ġie organizzat mill-FRA b’kollaborazzjoni mal-Kummissjoni Ewropea. Aktar informazzjoni dwar il-CharterXChange tista’ tinstab hawn.

Ir-Rapport tal-Karta 2023

Ir-rapport tal-Karta 2023 jipprovdi perspettiva fuq id-drittijiet fundamentali dwar l-aċċess tal-ġustizzja għal kulħadd permezz ta’ rimedji ġudizzjarji u mhux ġudizzjarji, billi jagħti ħarsa ġenerali dwar il-leġiżlazzjoni rilevanti tal-UE u l-iżviluppi riċenti (2020-2023). Ir-rapport annwali 2023 dwar l-applikazzjoni tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali jista’ jiġi aċċessat hawn.

Human Rights Directorate
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.