Strateġija Kontra r-Razziżmu

Il-Gvern nieda u implimenta l-Istrateġija Kontra r-Razziżmu 2021-2023, l-ewwel pjan ta’ azzjoni nazzjonali ta’ Malta kontra r-razziżmu u l-ksenofobija. L-Istrateġija ġiet adottata mill-Kabinett nhar l-Erbgħa 28 ta’ Lulju 2021, tnediet pubblikament nhar il-Ħamis 30 ta’ Settembru 2021, u ġiet ippreżentata lill-istakeholders f’konferenza nhar il-Ġimgħa 15 ta’ Ottubru 2021. Din l-Istrateġija komprensiva għandha l-għan li tikkonfronta u telimina r-razziżmu f’kull forma tiegħu, kemm individwali, sistemiku u kif ukoll soċjali u li tistimula u tappoġġja l-inklużjoni interkulturali.

Id-dokument inkorpora fi 22 miżura ideat siewja li ġew irċevuti matul il-konsultazzjoni pubblika tal-2020, li fiha r-rispondenti taw suġġerimenti fuq diversi kwistjonijiet bħal riċerka, l-infurzar tal-liġi, l-edukazzjoni, l-impjieg u l-akkomodazzjoni. Dawn il-miżuri joħolqu responsabbilitajiet individwali kif ukoll kollettivi għall-ġlieda kontra r-razziżmu u d-diskriminazzjoni fis-setturi kollha tas-soċjetà – il-Gvern u s-settur pubbliku, istituzzjonijiet demokratiċi u politiċi, il-midja, imma wkoll is-settur privat, is-soċjetà ċivili, u l-popolazzjoni ġenerali. Outreach u attivitajiet biex titqajjem kuxjenza saru wkoll matul is-snin u fil-livelli kollha tas-soċjetà, partikolarment qrib iċ-ċittadin.

Din l-Istrateġija hi f’konformità mal-Pjan ta’ Azzjoni tal-UE Kontra r-Razziżmu 2020-2025. Il-ħidma bdiet fuq it-Tieni Pjan ta’ Azzjoni Kontra r-Razziżmu.

L-ewwel rapport ta’ progress għall-2022 jista’ jinstab hawn.

Human Rights Directorate
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.