Fl-2020, id-Direttorat għad-Drittijiet tal-Bniedem ingħata l-kompitu li jimmaniġġja r-riforma dwar it-traffikar tal-bnedmin u jikkoordina l-partijiet ikkonċernati li jaħdmu f’dan il-qasam. Dan sar permezz ta’ approċċ b’diversi aġenziji, li jiżgura li l-implimentazzjoni tal-funzjonijiet ta’ monitoraġġ u rappurtar ta’ Malta relatati mat-traffikar tal-bnedmin jitwettqu permezz ta’ kollaborazzjoni mill-qrib mal-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha.
L-4 Ps tat-traffikar tal-bnedmin huma kruċjali għas-salvagwardja tad-drittijiet tal-bniedem. Malta tistinka biex tiżgura l-koordinazzjoni effettiva tal-prevenzjoni tar-reat tat-traffikar, il-protezzjoni u l-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem, il-prosekuzzjoni tal-awturi, u biex tkompli tiżviluppa sħubijiet ma’ partijiet li jistgħu jkunu direttament jew indirettament responsabbli għall-ġlieda kontra din l-attività kriminali organizzata.
Sources:
Article 19 – EU Directive 2011/36
Article 29 (4) – Council of Europe Convention on Action against Trafficking in Human Beings
L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jistabbilixxu Relaturi Nazzjonali jew mekkaniżmi oħra ekwivalenti. Ilkompiti ta’ tali mekkaniżmi għandhom jinkludu t-twettiq ta’ valutazzjonijiet dwar it-tendenzi tat-traffikar tal-bnedmin, ittkejjil tar-riżultati tal-azzjonijiet ta’ kontra t-traffikar, inkluż ilġbir tal-istatistika b’kooperazzjoni mill-qrib mal-organizzazzjonijiet rilevanti tas-soċjetà ċivili attivi f’dan il-qasam, u r-rappurtaġġ.
Aqra’ hawn id- Direttiva tal-Unjoni Ewropeja dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin u l-protezzjoni tal-vittmi tiegħu : https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/PDF/?uri=CELEX:32011L0036&from=en