Dwar it-Taqsima għall-Affarijiet Interkulturali u Kontra r-Razziżmu

It-Taqsima għall-Affarijiet Interkulturali u Kontra r-Razziżmu twaqqfet fl-ewwel xhur tal-2018 bħala t-taqsima ddedikata għall-integrazzjoni u l-affarijiet kontra r-razziżmu fi ħdan l-HRD. Hi tħares l-implimentazzjoni ta’ kuljum tal-istrateġiji relatati ma’ dan il-qasam, isservi bħala l-korp koordinatur  governattiv ewlieni li jgħaddi informazzjoni, jirċievi talbiet għall-integrazzjoni, jaħdem għal soċjetà antirazzista, u jsegwi l-progress tal-migranti fl-integrazzjoni tagħhom f’Malta.

L-istrateġiji joħolqu qafas għall-integrazzjoni ta’ suċċess  ta’ persuni li mhumiex Maltin fis-soċjetà permezz tal-livell ta’ sens ta’ appartenenza tagħhom fis-soċjetà Maltija u l-ispazju li s-soċjetà Maltija tippermetti għal ċerta integrazzjoni f’diversi setturi u strati. Dan isir ukoll bi skoraġġiment tar-razziżmu f’kull forma tiegħu fuq kull livell tas-soċjetà. Illum Malta hi pajjiż riċeventi f’termini ta’ flussi tal-migrazzjoni, u b’hekk qiegħda ssir etnikament, kulturalment u lingwistikament aktar diversa. Dan l-iżvilupp huwa sinkronizzat ma’ xejriet simili li nazzjonijiet żviluppati oħra esperjenzaw qabilna u huwa indikatur tal-iżvilupp ekonomiku u l-prosperità tal-pajjiż. L-akkomodazzjoni ta’ din id-diversità f’kull sfera tas-soċjetà tippreżenta kemm sfida u kif ukoll opportunità, li, jekk tiġi indirizzata b’mod tajjeb, tista’ twassal għal arrikkiment tas-soċjetà Maltija.

It-Taqsima titfa’ l-attenzjoni fuq kwistjonijiet u tħassib li tqajmu li mhumiex Maltin u migranti u l-organizzazzjonijiet rispettivi tagħhom, bil-għan li jinsabu soluzzjonijiet kif ukoll jassistu fl-iżvilupp tal-politika tal-Gvern f’dan il-qasam. Barra minn hekk, din it-Taqsima tagħmel l-aħjar użu mis-sorsi eżistenti ta’ finanzjament għall-avvanz ta’ servizzi, l-għoti ta’ taħriġ, l-attivitajiet biex titqajjem kuxjenza u t-tisħiħ tal-komunità.

It-Taqsima għall-Affarijiet Interkuluturali u Kontra r-Razziżmu hi l-punt ta’ dħul ta’ Malta għall-integrazzjoni tal-migranti peress li tfittex li tassisti lill-persuni kollha b’sfond ta’ migrazzjoni li jirrisjedu f’Malta u qegħdin fit-triq individwali tagħhom lejn l-integrazzjoni. F’dan is-sens, l-integrazzjoni tfisser li Malta bħala l-pajjiż ospitanti żżomm l-identità multidimensjonali u li qiegħda tevolvi f’dinja globalizzata. Dan ifisser ukoll li, minn issa ’l quddiem, l-identitajiet tan-nies tal-lokal u dawk ġodda fis-soċjetà se jkunu aktar minsuġa f’komunità antirazzista. Ir-rikonoxxenza u ċ-ċelebrazzjoni tad-diversità u l-promozzjoni tal-ugwaljanza mhumiex biżżejjed fihom infushom bħala qafas għall-integrazzjoni. Minflok, irridu niżguraw li persuni li mhumiex Maltin f’Malta għandhom vuċi, huma rikonoxxuti għall-valur veru tagħhom u kapaċi jibnu sens ta’ appartenenza fis-soċjetà. Huwa dan il-proċess li jippermettilna niżguraw soċjetà ġusta għal kulħadd, soċjetà li timmassimizza l-potenzjal ta’ kull individwu biex jinħolqu spazji għat-tisħiħ tal-komunità fuq livell lokali u dak nazzjonali għal dawk kollha li jsejħu lil Malta darhom.

Human Rights Directorate
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.